Fil-Kummissjoni Ewropea jeżisti żbilanċ, li huwa tanġibbli ħafna, kontra l-istati ż-żgħar u l-istituzzjonijiet kummerċjali tagħhom. Allura, il-każ tal-Bank Pilatus f’Malta qed jingħata importanza kbira. Il-każ tal-Bank Ġermaniż Deutsche Bank, minkejja li huwa inkwetanti iktar, qed jiġi injorat. Dan qalu Alfred Sant fil-Parlament Ewropew meta iddeskriva  r-rapport dwar miżuri fil-ġlieda kontra l-abbużi fit-tassazzjoni bħala ‘difettuż b’nuqqasijiet fundamentali’. Dan ir-rapport irid ikun fattwali, iffokat tajjeb u jrid ukoll ikun ċar dwar il-kawżi u s-soluzzjonijiet ta’ dawn l-abbużi. Sfortunatament, ir-rapport jaċċetta bħala fatt, allegazzjonijiet u suspetti mingħajr ma jivverifika l-verita`.

Alfred Sant qal li elementi differenti fit-tmexxija finanzjarja tal-istat qed jiġu assoċjati, mingħajr ebda evidenza, ma’ żieda fil-kriminalita` f’dan il-qasam.

Alfred Sant qal li s-servizzi finanzjarji professjonali qed jiġu ikkonsidrati daqs li kieku se jsiru kriminali.

“Qed tiġi addottata sistema li trid tlibbes l-istess żarbun għal kulħadd. Id-direzzjoni li qed jieħu d-dibattitu jsegwi aġenda favur l-armonizzazzjoni tat-taxxa. Din tinjora l-fatt li l-flessibilita` fit-taxxa hija l-uniku għodda kompetittiva li baqgħalhom l-ekonomiji ż-żgħar u li jinsabu fil-periferija tas-suq komuni.”

Alfred Sant qal ir-rapport kellu jagħti każ il-konsiderazzjonijiet politiċi.

Hawnhekk iżda ġew imbottati lejn il-limitu li jistgħu jkollu l-qasam tat-taxxa…..populiżmu.

“Nirrepeti: dan ir-rapport huwa fundamentalment difettuż.” qal Alfred Sant.

egrant

L-EGRANT MA TKUNX DISKUSSA FIL-PARLAMENT EWROPEW

Ġimagħtejn qabel l-elezzjoni tal-2017 Alfred Sant waqqaf diskussjoni fil-Parlament Ewropew dwar il-gidba tal-Egrant fil-konfront tal-Prim Ministru Joseph Muscat u ta’ ...
Read More
_0006_bigben

DIVORZJU DIŻORDINAT SE  JAFFETTWA L-INTEGRAZZJONI FINANZJARJA

It-tluq tar-Renju Unit mingħajr ftehim mal-Unjoni Ewropea jista’ jaffettwa negattivament l-integrazzjoni finanzjarja u jolqot ħażin is-swieq internazzjonali u l-operazzjonijet tan-negozju ...
Read More
mission-sofia-med

MISSJONI NAVALI BLA VAPURI

Il-Missjoni navali ta’ salvataġġ tal-UE - Sophia se titkompla għal sitt xhur oħra mingħajr il-flotta tal-vapuri. L-Istati Membri qablu li ...
Read More
_0003_deutsche-bank

ĦASIL TA’ FLUS MID-DEUTSCHE BANK INJORAT

Fil-Kummissjoni Ewropea jeżisti żbilanċ, li huwa tanġibbli ħafna, kontra l-istati ż-żgħar u l-istituzzjonijiet kummerċjali tagħhom. Allura, il-każ tal-Bank Pilatus f’Malta ...
Read More
_0004_alfred-sant

INVESTIGAZZJONIJIET BIEX IĦAMMĠU LIL MALTA

Malta hi, u se tibqa’ tkun, stat li jirrispetta bis-sħiħ is-saltna tad-dritt. Nistenna li l-membri f’dan il-Parlament jiffaċċjaw il-fatti b’onestà, ...
Read More
_0000_abortion

L-ABORT MHUX FIL-PROGRAMM TAL-GVERN LABURISTA

L-abort bl-ebda mod ma jinsab fil-programm ta’ tmexxija tal-Gvern Laburista. Ftit jista’ jkun hemm messaġġ aktar ċar minn hekk. Hu ...
Read More
_0003_ryanair-aircraft

RYANAIR : TĦAMMEĠ L-ARJA DAQS POWER STATION TAL-FAĦAM

Ryanair saret waħda mill-aktar għaxar kumpaniji fl-Ewropa li jħammġu l-arja, minkejja li mhix Power Station li taħdem bil-faħam. Id-disa’ kumpaniji ...
Read More
_0001_prison-cell

JONQSU L-ĦABSIN FL-EWROPA

Komplew jonqsu l-għadd ta’ priġunieri fil-ħabsijiet fl-Ewropa . Ir-Russja għandha l-akbar għadd ta’ priġunieri b’418.3 prġunier minn kull 100,000 tal-popolazzjoni ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment