Fil-Kummissjoni Ewropea jeżisti żbilanċ, li huwa tanġibbli ħafna, kontra l-istati ż-żgħar u l-istituzzjonijiet kummerċjali tagħhom. Allura, il-każ tal-Bank Pilatus f’Malta qed jingħata importanza kbira. Il-każ tal-Bank Ġermaniż Deutsche Bank, minkejja li huwa inkwetanti iktar, qed jiġi injorat. Dan qalu Alfred Sant fil-Parlament Ewropew meta iddeskriva r-rapport dwar miżuri fil-ġlieda kontra l-abbużi fit-tassazzjoni bħala ‘difettuż b’nuqqasijiet fundamentali’. Dan ir-rapport irid ikun fattwali, iffokat tajjeb u jrid ukoll ikun ċar dwar il-kawżi u s-soluzzjonijiet ta’ dawn l-abbużi. Sfortunatament, ir-rapport jaċċetta bħala fatt, allegazzjonijiet u suspetti mingħajr ma jivverifika l-verita`.
Alfred Sant qal li elementi differenti fit-tmexxija finanzjarja tal-istat qed jiġu assoċjati, mingħajr ebda evidenza, ma’ żieda fil-kriminalita` f’dan il-qasam.
Alfred Sant qal li s-servizzi finanzjarji professjonali qed jiġu ikkonsidrati daqs li kieku se jsiru kriminali.
“Qed tiġi addottata sistema li trid tlibbes l-istess żarbun għal kulħadd. Id-direzzjoni li qed jieħu d-dibattitu jsegwi aġenda favur l-armonizzazzjoni tat-taxxa. Din tinjora l-fatt li l-flessibilita` fit-taxxa hija l-uniku għodda kompetittiva li baqgħalhom l-ekonomiji ż-żgħar u li jinsabu fil-periferija tas-suq komuni.”
Alfred Sant qal ir-rapport kellu jagħti każ il-konsiderazzjonijiet politiċi.
Hawnhekk iżda ġew imbottati lejn il-limitu li jistgħu jkollu l-qasam tat-taxxa…..populiżmu.
“Nirrepeti: dan ir-rapport huwa fundamentalment difettuż.” qal Alfred Sant.

L-EGRANT MA TKUNX DISKUSSA FIL-PARLAMENT EWROPEW
Read More

DIVORZJU DIŻORDINAT SE JAFFETTWA L-INTEGRAZZJONI FINANZJARJA
Read More

MISSJONI NAVALI BLA VAPURI
Read More

ĦASIL TA’ FLUS MID-DEUTSCHE BANK INJORAT
Read More

INVESTIGAZZJONIJIET BIEX IĦAMMĠU LIL MALTA
Read More

L-ABORT MHUX FIL-PROGRAMM TAL-GVERN LABURISTA
Read More

RYANAIR : TĦAMMEĠ L-ARJA DAQS POWER STATION TAL-FAĦAM
Read More

JONQSU L-ĦABSIN FL-EWROPA
Read More
Post a comment