Waqt sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew dwar il-prospetti għas-soluzzjoni ta’ żewġ stati għall-Iżrael u l-Palestina, l-eks Prim Ministru u l-Kap tad-Delegazzjoni tas-S&D tal-Partit Laburista Alfred Sant enfasizza li s-soluzzjoni ta’ żewġ stati bl-Iżrael u bil-Palestina sovrani jgħixu flimkien f’armonija tibqa’ s-soluzzjoni waħdanija u “ġusta” tat-tul għall-kunflitt tal-Palestina.

Madanakollu, huwa sostna li s-soluzzjoni ta’ żewġ stati qed issir dejjem aktar diffiċli minħabba    Atti ta’ terroriżmu Palestinjan, imqanqla minn disprament – repressjoni Iżraeljana iebsa kultant krudili  – L-importanza akbar fil-politika iżraeljana tal-partiti reliġjużi lemini  – l-azzjonijiet ta’ abitanti ġodda Iżraeljani illegali  – u l-inkapaċità tal-Istati Uniti biex imexxu politika konsistenti fil-Lvant Nofsani. “Is-soluzzjoni ta’ żewġ stati eventwalment teħtieġ relazzjoni ugwali bejn iż-żewġ naħat, dan mhux il-każ bħalissa”, żied jgħid Sant.

Minkejja l-Ftehim ta’ Oslo tal-1993 u l-involviment ta’ partijiet terzi ta’ diversi individwi u entitajiet internazzjonali, id-differenzi bejn l-Iżrael u l-Palestina dwar kwistjonijiet ewlenin bħall-istatus ta’ Ġerusalemm ma ġewx solvuti. F’dan l-isfond diffiċli, l-Unjoni Ewropea qed timpenja ruħha b’mod attiv mal-imsieħba tagħha biex tesplora modi kif terġa’ titqajjem il-proċess ta’ paċi bejn iż-żewġ pajjiżi.

L-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant innota li persuni attivi fil-fora Ewropej jappoġġjaw soluzzjoni ta’ żewġ stati. Madanakollu, il-pożizzjoni tagħhom hija mċajpra mill-valur li jagħtu lir-relazzjoni ekonomika u militari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżrael. Filwaqt li rrikonoxxa l-importanza ta’ din ir-relazzjoni, huwa saħaq li minħabba f’dan m’għandhomx jiġu injorati d-drittijiet leġittimi tal-poplu Palestinjan.

Il-kisba tal-paċi u l-istabbiltà fir-reġjun tiddependi minn soluzzjonijiet iebsa iżda aċċettabbli għaż-żewġ naħat. Billi wieħed jimbotta l-popolazzjoni Palestinjana għad-disperazzjoni se jikseb biss l-oppost.

Need to find solutions that are acceptable to all parties in the Palestine conflict

During a plenary session of the European Parliament on the prospects for the two-state solution for Israel and Palestine, former Prime Minister and Head of the Labour Party S&D Delegation Alfred Sant emphasized that the two-state solution with a sovereign Israel and a sovereign Palestine co-existing side by side remains the only long-term peaceful and “fair” solution to the Palestine conflict.

Yet, he argued that the two-state solution is becoming increasingly distant because of –
Palestinian acts of terrorism, fuelled by desperation – tough at times barbaric Israeli repression – The greater importance in Israeli politics of right-wing religious parties – the actions of illegal Israeli settlers and the inability of the United States to maintain a consistent Middle East policy. “A two-state solution eventually requires a relationship of equality between the two sides, which is not the case now”, Sant added.

Despite the 1993 Oslo Accord and third-party involvement of various international actors, the
differences between Israel and Palestine over key issues such as the status of Jerusalem have not
been overcome. Against this difficult background, the European Union is actively engaging with her partners to explore ways to revive the peace process between the two countries.

Labour MEP Alfred Sant noted that European players support a two-state solution. However, their
position is blunted by the value they attach to the EU-Israel economic and military
relationship. While acknowledging its importance, he stressed that it should not take place
at the cost of disregarding the legitimate rights of the Palestinian people. The attainment of peace and stability in the region depends on tough but mutually acceptable solutions. Pushing the Palestinian population to desperation will only achieve the contrary.

Alfred Sant: Karatteristiċi fl-operat tal-Parlament Ewropew jipprovokaw il-korruzzjoni

Fl-intervent tiegħu fil-plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu dwar l-iskandlu ta’ korruzzjoni li ħalla impatt negattiv fuq is-sisien tal-Parlament, il-Kap tad-Delegazzjoni ...
Read More

Ħtieġa ta’ soluzzjonijiet aċċettabbli għall-partijiet kollha fil-konfilitt tal-Palestina

Waqt sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew dwar il-prospetti għas-soluzzjoni ta’ żewġ stati għall-Iżrael u l-Palestina, l-eks Prim Ministru u l-Kap tad-Delegazzjoni ...
Read More

Alfred Sant: Il-baġit tal-Unjoni Ewropea għandu jiffoka aktar fuq kwistjonijiet soċjali

Il-Kap tad-delegazzjoni Maltija tal-Partit Laburista fil-grupp tas-S&D fil-Parlament Ewropew Alfred Sant ivvota favur rapport dwar it-titjib tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2021-2027 ...
Read More

Ir-rapport ta’ attivitajiet ta’ Alfred Sant għas-sena 2022 preżentat lill-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista

Bħala negozjatur għall-grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D) fil-Parlament Ewropew, kelli responsabbiltà fit-tħejjija ta’ dawn il-liġijiet Ewropej u rapporti fil-kumitat ekonomiku ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment