L-elezzjonijiet fir-Repubblika Ċeka fl-20 u l-21 ta’ dan ix-xahar se jiddiżappuntaw lill-President tal-KE Juncker li saħaq li jixtieq lill-istati membri tal-UE, ħlief dawk li għandhom ftehim differenti, jaddottaw l-ewro. Ir-Repubblika Ċeka ma għandhiex il-ħsieb li taqta’  xewqet Juncker. Is-sħubija tal-pajjiż fl-Unjoni kienet diskussa ħafna matul il-kampanja elettorali ta’ dan il-pajjiż u l-parti l-kbira tal-partiti politiċi qed jeskludu l-mossa li jdaħħlu l-munita ewro fil-ġejjieni qarib.

Il-favorit fit-tellieqa għal Prim Ministru huwa Andrej Babis, ex-ministru tal-finanzi u t-tieni l-aktar bniedem sinjur fil-pajjiż. Babis imexxi l-moviment ANO (li biċ-Ċek tfisser IVA) u ġibed ħafna ċittadini miegħu li mhux sodisfatti bir-realtajiet preżenti. Babis jagħmel parti mill-grupp tal-Liberali ALDE tal-Parlament Ewropew u kien favur il-munita ewro. Iżda issa qed jisħaq li pajjiżu għandu jżomm il-koruna. “Ma rridux l-ewro hawnhekk. Kullħadd jaf li munita falluta,” qal Babis lil ġurnali. “Ma rridx kwistjoni oħra fejn Brussell tista’ ddaħħal denbha.”

Skont stħarriġ pubbliku, 72% taċ-Ċeki kontra l-adozzjoni tal-munita ewro.

Ħafna Ċeki huma wkoll kontra l-politika tal-kwoti tal-immigranti tal-Kummissjoni Ewropea. Andrej Babis kemm-il darba tkellem kontra din il-politika u qal li mhux se jaċċetta immigranti.

Andrej Babis mistenni jirbaħ l-elezzjonijiet fir-Repubblika Ċeka imma mingħajr maġġoranza assoluta fil-parlament wara kampanja mmarkata bi skandli li involvewh bi kbir. Babis qed ikun akkużat bi frodi ta’ €2 miljun ewro f’sussidji. Hu qed jgħid li mhux ħati u qal li dawn l-allegazzjonijiet huma gideb biex itellfuh fit-tellieqa politika.

EWROPA FEDERALI TITFI L-VUĊI TA’ STATI MEMBRI ŻGĦAR

Id-dilemma ta’ stati membri żgħar fil-periferija tal-UE bħal Malta, Ċipru, l-Irlanda u d-Danimarka hija li waqt li hu fl-interess tagħhom ...
Read More

TASSAZZJONI : PARIĠI U WASHINGTON MA JAQBLUX DWAR IL-ĠGANTI TAL-INTERNET

Franza u l-Istati Uniti ma qablux dwar it-tassazzjoni fuq il-ġganti tal-Internet, minkejja li resqu lejn xulxin biex jiġġieldu l-ħasil tal-flus ...
Read More

IR-RENJU UNIT IĦEJJI FTEHIMIET TA’ KUMMERĊ MA’ PAJJIŻI OĦRA

Ir-Renju Unit qed iħejji strateġija biex jidħol fi ftehimiet ta’ kummerċ ma’ pajjiżi oħra f’każ li ma jsirx ftehim tajjeb ...
Read More

IKLA GĦALL-VISEGRAD QABEL IS-SUMMIT

L-erba’ mexxejja tal-pajjiżi tal-Visegrad – Polonja, Ungerija, Repubblika Ċeka u Slovakkja – kienu mistiedna għall-ikel fi Brussell, eżatt qabel is-summit ...
Read More

AKTAR ŻMIEN GĦALL-KUMPANIJI TAL-ASSIGURAZZJONI

Il-Kumitat tal-Ekonomija u l-Finanzi tal-Parlament Ewropew (ECON) ivvota favur emendi li jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea biex tipposponi d-data tal-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Assigurazzjoni ...
Read More

X’JISTENNEW L-GĦAWDXIN MILL-EWROPA?

L-investiment f’Għawdex, il-ħolqien tax-xogħol, il-konnettivita` bejn Għawdex, Malta u l-kontinent Ewropew, fost suġġetti oħra, se jkunu diskussi bejn Alfred Sant ...
Read More

IĊ-ĊEKI MA JRIDUX L-EWRO

L-elezzjonijiet fir-Repubblika Ċeka fl-20 u l-21 ta’ dan ix-xahar se jiddiżappuntaw lill-President tal-KE Juncker li saħaq li jixtieq lill-istati membri ...
Read More

200,000 IMMIGRANT GĦALL-ĠERMANJA

Il-Ġermanja se tibda tieħu 200,000 immigrant fis-sena. Dan minkejja li l-pajjiż diġa` laqa’ miljun refuġjat fl-2015. Il-Partit Demokristjan ta’ Angela ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment