Waqt li kien mistieden bħala wieħed mill-kelliema biex jindirizza id-9 Konferenza Annwali tal-QED dwar iċ-Ċibersigurtà fi Brussell, Alfred Sant qal li l-avvanzi teknoloġiċi wasslu għal mewġa dejjem tiżdied ta’ attakki diġitali fis-settur finanzjarju. Dan żied il-ħtieġa għal strateġiji u inizjattivi ġodda biex jiġġielduhom. Sant kien in-negozjatur f’isem il-grupp tas-S&D fil-Parlament Ewropew dwar l-Att dwar ir-Reżiljenza Operattiva Diġitali, li fil-qosor huwa magħruf bħala DORA. Din il-liġi Ewropea, li għadha qed titfassal, se tistabbilixxi regoli dettaljati li jiżguraw protezzjoni għall-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra minn attakki ċibernetiċi. “Hija regolament tant mistenni u meħtieġ f’kuntest triplu: dak taż-żieda fl-attakki ċibernetiċi, id-diġitalizzazzjoni tal-flus u l-konċentrazzjoni tas-suq tal-cloud computing”, spjega Sant.

QED huwa organizzatur indipendenti ta’ laqgħat ibbażat fi Brussell speċjalizzat fil-ħolqien ta’ forum għal djalogu bejn dawk li jfasslu l-politika, ir-regolaturi, l-NGOs u l-kumpaniji.

L-eks Prim Ministru Sant irrimarka li DORA se tippromwovi approċċ lejn ir-reżiljenza operattiva li tagħti dettalji dwar kif għandhom jittieħdu miżuri protettivi mill-istituzzjonijiet kollha. Għal żmien twil wisq, il-protezzjoni kienet ġiet imkejla sempliċement f’termini tar-riżorsi finanzjarji li għandhom jiġu ddedikati lilha mill-istituzzjonijiet. Dan ma baqax jagħmel aktar sens.

Għalhekk, l-Att dwar ir-Reżiljenza Operattiva Diġitali se jissimplifika r-rekwiżiti kollha tar-riskju tal-informatika għall-entitajiet finanzjarji biex jevita l-ħtieġa li jiġu ttrattati separatament f’regolamenti u direttivi differenti. Madanakollu, dan jeħtieġ li jsir b’mod proporzjonat u dinamiku. Banek żgħar u assigurazzjonijiet m’għandhomx ikunu mġiegħla jintroduċu l-istess miżuri protettivi bħall-ġganti fil-linji ta’ attività tagħhom.

Fl-aħħarnett, Sant saħaq fuq l-importanza li l-ġenerazzjoni żagħżugħa tiġi edukata biex jiġi żgurat li ċibersigurtà jkollha ħaddiema infurmata u adattata. Saħaq li ċ-ċibersigurtà m’għandhiex tfixkel lill-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej milli jisfruttaw teknoloġija avvanzata li qed tiġi żviluppata barra mill-Unjoni Ewropea.


Cybersecurity should not deter European financial institutions from tapping cutting edge technology

Addressing as a guest speaker, the 9th Annual QED Conference on Cybersecurity in Brussels, Alfred Sant said that technological advances led to an ever rising wave of digital attacks in the financial sector. This increased the need for new strategies and initiatives to combat them. Sant has been the negotiator on behalf of the S&D group in the European Parliament on the Digital Operational Resilience Act, known as DORA for short. This European law, still being drafted, will establish detailed rules that ensure protection for banks and other financial institutions from cyber attacks. “It is a long-awaited and necessary regulation in a triple context: that of increasing cyberattacks, the digitization of money and the concentration of the cloud computing market”, Sant explained.

QED is an independent meeting organiser based in Brussels specialised in creating a forum for dialogue between policy makers, regulators, NGOs and companies.

Former Prime Minister Sant pointed out that DORA will promote an approach towards operational resilience which details how protective measures should be taken by all institutions. Too long, protection had been gauged simply in terms of the financial resources that should be devoted to it by institutions. This no longer made sense.

So, the Digital Operational Resilience Act will streamline all ICT risk requirements for financial entities to avoid the need of dealing with them separately in different regulations and directives. Yet, this needs to be done in a proportionate and dynamic manner. Small banks and insurances should not be compelled to introduce the same protective measures as the giants in their lines of activity.

Finally, Sant stressed the importance of educating the younger generation to ensure an informed and suitable cybersecurity workforce He emphasized that cybersecurity should not obstruct European financial institutions from tapping cutting edge technology being developed outside the European Union.

 

L-invażjoni li għamlet ir-Russja tal-Ukrajna tammonta għal ksur flagranti tal-liġi internazzjonali – Alfred Sant

F’kumment fuq il-blog tiegħu ta’ kull ġimgħatejn wara l-invażjoni li għamlet ir-Russja tal-Ukrajna, il-MPE Laburista Alfred Sant iddeskriva l-invażjoni li ...
Read More

Iċ-ċibersigurtà m’għandhiex tiskoraġġixxi lill-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej milli jisfruttaw teknoloġija avvanzata

Waqt li kien mistieden bħala wieħed mill-kelliema biex jindirizza id-9 Konferenza Annwali tal-QED dwar iċ-Ċibersigurtà fi Brussell, Alfred Sant qal ...
Read More

Sant jappella għal approċċ imfassal apposta mill-UE li jwieġeb għall-problemi konkreti tal-pajjiżi Afrikani

Fl-intervent tiegħu fid-dibattitu tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu dwar ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afrika, l-eks Prim Ministru u Kap tad-Delegazzjoni ...
Read More

Sant jisħaq fuq l-importanza li nkomplu nippromwovu l-ekwità permezz ta’ rati mnaqqsa tal-VAT

L-Ewroparlamentari Laburista Alfred Sant ivvota favur rapport dwar l-implimentazzjoni tas-Sitt Direttiva tal-VAT. Adottata fl-1977, is-Sitt Direttiva tal-VAT hija parti ċentrali ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment