Iċ-Ċina hija miftuħa għal kummerċ ma’ msieħba barranin u tibbenefika minn Ewropa b’ekonomija b’saħħitha, qal il-mexxej Ċiniż Li Keqiang li jixtieq aktar rabtiet mal-Ewropa tal-Lvant u fl-istess ħin ma jridx jurta l-Ewropa tal-Punent.

“Jekk l-Ewropa tiddgħajjef, din tkun aħbar ħażina għaċ-Ċina, u mhux viċeversa.” qal Li Keqiang fis-(16+1) summit fejn attendew uffiċċjali tal-UE, tal-Bank Dinji u tal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u Żvilupp.

Fis-summit ħadu sehem stati tal-UE flimkien mal-Albanija, Bosnja u Herzegovina, Maċedonja, Montenegro u Serbja.

Il-Kroazja se tospita is-16+1 summit fl-2019.

Li Keqiang qal li ċ-Ċina tixtieq tkompli tiftaħ is-swieq tagħha u timplimenta aktar riformi li inċentivaw l-ekonomija u ipprovdew opportunitajiet għal membri tal-UE.

“Il-ftuħ tal-ekonomija kien il-mutur ewlieni tal-aġenda ta’ riforma taċ-Ċina għalhekk aħna se nkomplu niftħu aktar għad-dinja, inkluż it-twessigħ għall-aċċess tal-investituri barranin fis-suq tagħna.” qal Keqiang waqt li għaddejja gwerra ta’ tariffi kummerċjali bejn Washington u Beijing.

Iċ-Ċina qed turi interess fl-Istati Baltiċi u l-Istati Balkani u wiegħdet biljuni ta’ dollari għall-iżvilupp ta’ proġetti fir-reġjun bħala parti mill-istrateġija tagħha biex toħloq swieq ta’ esportazzjoni ġodda.

Il-Bulgarija qed tittama li tikseb fondi għal infrastruttura ġdida fil-Balkani, li għadha lura ħdejn dik tal-Istati tal-Punent tal-UE.

Ix-xahar li għadda l-Ungerija ffinalizzat pjan għal kostruzzjoni ta’ ‘rail-link’ bejn Budapest u Belgrad permezz ta’ investiment Ċiniż.

FL-INTERESS TA’ MALTA LI TINSTAB SOLUZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret id-disposizzjoni tagħha li tkompli bin-negozjati tal-Brexit tul l-24 siegħa ta’ kull ġurnata li fadal sat-tmiem in-negozjati għall-ħruġ ...
Read More

L-AKBAR SFIDA GĦALL-PRESIDENZA AWSTRIJAKA

L-ikbar sfida għal Presidenza Awstrijaka tal-UE se tkun dik li tnaqqas id-differenzi bejn l-Istati Membri u fl-istess waqt iżżomm koerenza ...
Read More

IL-ĠERMANJA TRID TIBGĦAT IMMIGRANTI LURA L-GREĊJA U L-ITALJA

Il-Ġermanja trid tinnegozja mal-Italja u l-Greċja biex jinbagħtu lura l-immigranti li għamlu talba tal-ażil f’dawn iż-żewġ pajjiżi. “Dawk li applikaw ...
Read More

ESTIŻI S-SANZJONIJIET RUSSI

Il-Kunsill tal-UE estenda b’sitt xhur is-sanzjonijiet ekonomiċi kontra r-Russja relatati mal-kunflitt tal-Lvant tal-Ukraina. Is-sanzjonijiet se jibqgħu fis-seħħ sal-31 ta’ Jannar ...
Read More

PROPOSTI ĠODDA GĦALL-ĦARSIEN TAL-FRUNTIERI EWROPEJ

F’Settembru l-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta miżuri ġodda għal ħarsien aħjar tal-fruntieri tal-UE wara li l-mexxejja tal-pajjiżi fil-Kunsill tal-UE qablu li ...
Read More

IKOMPLU JIXTRU Ż-ŻEJT IRANJAN

Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogerini, flimkien mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, Franza, Renju Unit, Ċina u Russja wegħdu li ...
Read More

JITOLBU KJARIFIKI DWAR L-ISTRATEĠIJA DIĠITALI EWROPEA

Alfred Sant ingħaqad ma’ tliet MEPs mill-Ġermanja, Franza u l-Finlandja biex talbu lill-Kummissjoni Ewropea tiċċara l-pożizzjoni tagħha dwar l-Istrateġija Diġitali ...
Read More

IĊ-ĊINA TRID EWROPA EKONOMIKAMENT B’SAĦĦITHA

Iċ-Ċina hija miftuħa għal kummerċ ma’ msieħba barranin u tibbenefika minn Ewropa b’ekonomija b’saħħitha, qal il-mexxej Ċiniż Li Keqiang li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment