Iċ-Ċina tibqa’ l-aktar pajjiż li tħasseb l-Ewropa fil-qasam tal-piraterija u falsifikazzjoni, filwaqt li l-Indja tħasseb l-aktar għal qasam tal-mediċini, qalet il-Kummissjoni Ewropea fl-aħħar rapport tagħha dwar il-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjeta` intellettwali f’pajjiżi terzi.

Mill-oġġetti kollha foloz li daħlu u li nqabdu fl-Unjoni Ewropea, 80% minnhom kienu ġejjin miċ-Ċina u Hong Kong. Il-Kummissjoni qalet li l-Unjoni għandha tagħmel sforz akbar biex tipproteġi l-kummerċ u l-konsumaturi minn oġġetti foloz u mill-piraterija.

L-Indja hija l-ikbar produttriċi tal-farmaċewtika falza u hija ta’ tħassib minħabba n-nuqqas ta’ protezzjoni adegwata għal dawn il-prodotti.

Il-Kummissjoni qalet li l-Indonesja, ir-Russja, u l-Arġentina japplikaw kriterji ristrettivi eċċessivi li jxekklu l-innovazzjoni, r-riċerka u anki l-investiment. Il-Kummissjoni kkritikat ukoll lil Brażil għal fatt li mhux konformi mal-istandards internazzjonali.

Ir-rapport tal-Kummissjoni jgħid li r-riċerka turi li qed jiżdiedu n-numru ta’ konsenji żgħar, b’servizzi postali, ta’ oġġetti foloz filwaqt li r-rotot tal-kummerċ ta’ oġġetti foloz qed isiru aktar kumplessi.

Ir-rapport juri wkoll li s-sistema ta ‘protezzjoni tal-UE għall-indikazzjonijiet ġeografiċi hija wkoll soġġetta għal abbuż f’pajjiżi terzi, li twassal għal telf ekonomiku sinifikanti għall-produtturi tal-UE ta’ prodotti agroalimentari distinti.

GWERRA KUMMERĊJALI BEJN L-ISTATI UNITI U L-UE MA TOLQOTX DIRETTAMENT LIL MALTA

F’eventwalita` ta’ gwerra kummerċjali bejn l-Istati Uniti u l-UE  ma jkunx hemm effett dirett fuq Malta. Malta tintlaqat f’każ li l-"gwerra" ...
Read More

50,000 IŻLAMIST RADIKALI FL-EWROPA

Aktar minn 50,000 Iżlamist radikali u ġellieda barranin li ġew lura fuq art Ewropea qed iżidu t-tħassib ta’ aktar attentati ...
Read More

ORBAN IFITTEX L-APPOĠĠ TAL-ITALJA KONTRA L-IMMIGRAZZJONI

“Il-Polonja, Slovakkja, Repubblika Ċeka u dalwaqt anki l-Italja” se jingħaqdu mal-Ungerija fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni. F’diskors f’għeluq il-170 anniversarju mir-Rivoluzzjoni Ungeriża, ...
Read More

DOMBROVSKIS JAPPREZZA L-ISFORZI TA’ ALFRED SANT DWAR ID-DIRETTIVA TAL-ASSIGURAZZJONI

Il-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea Valdis Dombrovskis esprima l-apprezzament tiegħu għall-ħidma li wettaq Alfred Sant biex tkun posposta d-Direttiva tad-Distribuzzjoni tal-Assigurazzjoni. L-Ewroparlamentari ...
Read More

10% TAL-KAROZZI BIL-GASS SAL-2030

Produtturi ta’ karozzi li jaħdmu bil-gass naturali jgħidu li sas-sena 2030 se jkollhom 10% tas-suq Ewropew u saħansitra 20-30% tas-suq ...
Read More

F’MINORANZA ASSOLUTA

Is-sitt Membri Parlamentari Ewropej Maltin kienu f’minoranza assoluta fil-Parlament Ewropew f’votazzjonijiet dwar sistema ta’ taxxa komuni fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea ...
Read More

€3 BILJUNI OĦRA GĦAR-REFUĠJATI FIT-TURKIJA

Il-Kummissjoni Ewropea pproponiet lill-istati membri tal-UE biex jimmobilizzaw €3 biljuni oħra għar-refuġjati Sirjani fit-Turkija. Il-Kummissarju tal-Immigrazzjoni Dimitris Avramopoulos qal li ...
Read More

IĊ-ĊINA U l-INDJA B’OĠĠETTI U MEDIĊINI FOLOZ

Iċ-Ċina tibqa’ l-aktar pajjiż li tħasseb l-Ewropa fil-qasam tal-piraterija u falsifikazzjoni, filwaqt li l-Indja tħasseb l-aktar għal qasam tal-mediċini, qalet ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment