Il-futur tal-glyphosate – il-bexx kontra l-ħaxix ħażin li jista’ jkun perikoluż għas-saħħa tal-bniedem – issa huwa f’idejn il-Kummissjoni Ewropea. Dan wara li nhar il-ġimgħa kien impossibbli li jintlaħaq qbil bejn l-istati membri hekk kif kulħadd kien għadu miblugħ bir-riżultat tar-referendum tar-Renju Unit. Aktar kmieni dan ix-xahar, ukoll ittieħed vot fejn ma nkisbitx maġġoranza kwalitattiva la biex il-bexx jiġi approvat u l-anqas biex jitwaqqaf. Malta kienet l-uniku stat membru li vvota kontra l-użu tal-bexx. Fl-aħħar vot li ttieħed ftit tal-jiem ilu, Franza bidlet il-pożizzjoni tagħha u vvotat kontra l-bexx bħal Malta; seba’ stati astjenew – Ġermanja, Italja, Greċja, Awstrija, Bulgarija u Portugall. 19-il stat membru vvota favur l-użu tal-glyphosate.
Jumejn biss qabel ma kellha tiskadi l-liċenzja biex dan il-prodott ikun jista’ jibqa’ jinbiegħ fl-UE, il-Kummissjoni fis-skiet awtorizzat il-bexx b’mod temporanju għal sentejn oħra sakemm isiru aktar studji fuqu. Il-Kummissjoni għamlet minn kollox biex ma ġġorrx ir-responsabilita` ta’ din id-deċiżjoni waħedha. Id-deċiżjoni mhux se tinżel tajjeb ma’ bosta ċittadini Ewropej li huma konxji mir-riskji li dan il-bexx jista’ jkollu fuq saħħithom.
Għalkemm ħafna ċittadini Ewropej ma jridux li jibqa’ jintuża dan il-bexx, il-bdiewa Ewropej jisħqu biex ikun approvat għal 15-il sena oħra minħabba li jsibuh effettiv ħafna.
L-AĦĦAR ĊENA
Read MoreL-UE TRID TEVITA ŻEWĠ TENTAZZJONIJIET
Read MoreELEZZJONIJIET INKONKLUSSIVI FI SPANJA
Read MoreGĦODDA BIEX JOĦORĠU AKTAR PAJJIŻI MILL-UE
Read MoreJINBIDLU R-REGOLI TAL-FRUNTIERI TAX-SCHENGEN
Read More890, 000 RUĦ KISBU ĊITTADINANZA EWROPEA FL-2014
Read MoreDIFFIKULTAJIET GĦALL-BDIEWA EWROPEJ
Read MoreID-DESTIN TAL-GLYPHOSATE F’IDEJN IL-KUMMISSJONI
Read MoreJINBXU LIL XULXIN BL-INGLIŻ
Read More
Post a comment