Il-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew fi Strasbourg li d-dgħjufijiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea huma riżultat ta’ żviluppi fi ħdanha, u mhux minn ġrajjiet li ma kinux mistennija fi ħdan jew barra l-Unjoni Ewropea. Dr. Sant, li kien qed jirreaġixxi għad-diskors tal-President Jean Claude Juncker fil-Parlament Ewropew, qal li r-raġunijiet għad-dgħjufijiet li hemm fl-Unjoni Ewropea għandhom jiġu rikonoxxuti.

Dr. Sant qal li ‘l-Unjoni Ewropea qed tiġġebbed iżżejjed biex tipprova tilħaq bogħod iżżejjed.’ Dan wassal biex ifeġġu d-dilemmi u l-paralisi li qed jaffettwaw lill-Unjoni Ewropea waqt li llum qed tiffaċċja l-akbar problemi. Fost dawn hemm il-kriżi tal-immigrazzjoni, l-inkwiet fl-Ukraina, it-taħwid traġiku fil-Greċja u l-qgħad dejjem jiżdied b’mod persistenti fl-Unjoni Ewropea. Is-soluzzjoni għal dan it-tiġbid żejjed tal-Unjoni għandu jkun – għall-anqas bħala l-ewwel fażi – konsolidament politiku u ekonomiku, mhux bit-tiġbid żejjed.

L-Unjoni Ewropea, qal Dr. Sant, firxet l-impennji u l-aspirazzjonijiet tagħha, imma ma hemmx rieda politika u lanqas il-mezzi biex tinstab soluzzjoni. Sadanittant barra l-fruntieri tal-Unjoni Ewropea qed jiżdied is-‘soft power’ tal-Unjoni biex minn barra qed jidher bħala mudell tajjeb li qed iżid l-aspettattivi dwarha fost ċittadini barra mill-Unjoni Ewropea. Ilna nisimgħu, qal Dr. Sant, li ‘Aktar Ewropa’ hija s-soluzzjoni għall-problemi li qed jinħolqu. Ħafna ċittadini Ewropej li qed jgħixu l-ħajja tagħhom ’il bogħod mill-pressjonijiet u l-impressjonijiet maħluqa mill-forzi politiċi involuti fil-proġett Ewropew ma jistgħux jifhmu x’qiegħed isir.’ Temm jgħid Dr. Sant.

 

IL-KALMA QABEL IL-MALTEMPATA

L-Unjoni Ewropea għandha bosta għadmiet iebsa xi tmexmex fix-xhur li ġejjin. Hemm il-problemi tal-Greċja, il-kriżi tal-immigrazzjoni, il-kriżi tal-Ukraina u l-proposti ...
Read More

‘ID-DGĦJUFIJIET TAL-UNJONI EWROPEA RIŻULTAT TA’ ŻVILUPPI FI ĦDANHA’

Il-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew fi Strasbourg li d-dgħjufijiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea huma riżultat ta’ żviluppi ...
Read More

IX‑XENGEN FIL‑PERIKLU

Mingħajr ftehim dwar it-tqassim tal-immigranti bejn l-istati membri tal-UE, il-futur taż-żona Xengen qed jitqies mhedded. Sa issa, mis-26 pajjiż fiż-żona ...
Read More

L‑INTERESSI TAL‑ĦADDIEMA : IL‑PRIJORITA’ TAS‑SOĊJALISTI EWROPEJ

Il-prijorita` tas-Soċjalisti Ewropej għandha tkun l-interessi tal-ħaddiema Ewropej u jkun tajjeb li jidhru li qed jagħmlu dan. Dan qalu l-Kap ...
Read More

JIKBRU D‑DIVERĠENZI EKONOMIĊI BEJN IR‑REĠJUNI TAL‑UE

Id-diverġenzi ekonomiċi bejn il-pajjiżi ċentrali tal-Ewropa u dawk fil-periferija tal-kontinent qed ikomplu jiżdiedu. Żdiedu d-diverġenzi fl-iżvilupp ta’ reġjuni differenti tal-istess ...
Read More

JEŻISTU RISKJI POLITIĊI OĦRA FIŻ‑ŻONA EWRO

 ‘Is-sitwazzjoni fil-Greċja turi li jeżistu riskji politiċi għal pajjiżi oħra fiż-żona Ewro. Jekk mhux se tingħata prijorita` massima biex jitnaqqsu ...
Read More

TNAQQIS FIR‑RATA TAL‑QGĦAD F’LULJU GĦAŻ‑ŻONA EWRO

Wara xhur ta’ staġnar, ir-rata tal-qgħad niżlet b’0.2% fiż-żona ewro għax-xahar ta’ Lulju, biex b’hekk saret 10.9%. Fl-Unjoni Ewropea kollha ...
Read More

BANEK

4,412 –il bank fl-Unjoni Ewropea fl-2014 immeniġjaw assi li jammontaw għal €43.6 biljun. Skont l-informazzjoni ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew, fl-Unjoni ...
Read More

L‑EWROPA INĊERTA DWAR L‑ISFIDI EKONOMIĊI U UMANITARJI

L-Ewropa tinsab fi stat ta' inċertezza dwar kif l-aħjar tidderieġi l-ekonomija tagħha; dwar kif tikkonsolida l-kisbiet tagħha; dwar kif issaħħaħ ...
Read More

€600 MILJUN BIEX TQARREB IL‑BALKANI LEJN L‑UE.

Il-Kummissjoni Ewropea se talloka €600 miljun fis-settur tat-trasport u t-toroq biex tgħaqqad il-pajjiżi tal-Balkani mal-pajjiżi ġirien tagħhom membri tal-Unjoni Ewropea ...
Read More

X’INHU DAN? X’INHI DIN? – IS-SUQ KOMUNI

Is-suq komuni jirreferi għall-Unjoni Ewropea bħala territorju wieħed, mingħajr fruntieri interni jew ostakli regolatorji oħra għaċ-ċaqliq ħieles ta’ oġġetti u ...
Read More

PRORA

Tul bajja twila u ramlija fil-baħar Baltiku, fil-gżira Ġermaniża Rügen, inbniet l-ikbar lukanda tad-dinja. Tant hi kbira li twassal ħames ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment