Il-Pilastri Soċjali proposti mill-Kummissjoni Ewropea għandhom ikunu b’saħħithom biżżejjed biex inaqqsu mill-effetti negattivi tad-divalwazzjonijiet interni fis-soċjetajiet Ewropej, qal Alfred Sant waqt id-dibattitu fuq il-Pilastri Ewropej tad-Drittijiet Soċjali fil-Parlament Ewropew fi Brussell.
Dr Sant qal li sa mill-2008, l-Unjoni Ewropea ffokat biex issaħħaħ l-istrutturi ekonomiċi, mingħajr ma ħarset lejn il-prezz uman u soċjali. Dan ta spinta qawwija lil ideoloġiji estremisti u populisti.
“Dak li ġara fil-miri għall-2020 għandu jservi ta’ twissija. L-aspettattivi ma għandhomx jitkabbru aktar minn dak li jista’ jinkiseb. Ir-riżorsi għandhom jintużaw biex verament ikunu implimentati l-miri fi ħdan prijoritajiet miftiehma.
Hemm ukoll l-isfida ta’ kif, taħt ir-regoli tal-Unjoni Ewropa, l-ekonomiji u l-baġits pubbliċi jirreaġixxu għad-diffikultajiet. Fiż-żona ewro, speċjalment, l-għodda politika ewlenija hija id-divalwazzjoni interna. Kif urietna l-esperjenza, din teffettwa ħażin lill-koeżjoni soċjali, toħloq tbatija biex finalment twassal għal irkupru kajman li jħalli lin-nies b’livell ta’ għixien iktar baxx minn dak li kellhom qabel. Il-Pilastru Soċjali se jkun b’saħħtu biżżejjed biex jagħmel tajjeb għall-effetti tad-divalwazzjonijiet interni fis-soċjetajiet Ewropej?” staqsa Alfred Sant.
Jean-Claude Juncker, President tal-Kummissjoni qal li l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet Ewropej, l-imsieħba soċjali u s-soċjeta` ċivili kollha jridu jġorru r-responsabbilta` tagħhom. Juncker jixtieq li l-Pilastru jkun approvat fl-ogħla livell politiku qabel tmiem din is-sena.
JIDDEĊIEDU POST FRANZA FL-UE
Read More
L-UE FAVUR DJALOGU MAT-TURKIJA
Read More
IS-27 LESTI GĦAN-NEGOZJATI TAL-BREXIT
Read More
ID-DIVALWAZZJONI INTERNA TEFFETTWA ĦAŻIN IL-KOEŻJONI SOĊJALI
Read More
IL-ĠRAJJIET FI FRANZA, L-UKRAINA U T-TURKIJA JIGGRAVAW IL-KSUR TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM
Read More
AKTAR JEW ANQAS EWROPA SOĊJALI?
Read More
L-UE TAGĦTI L-AŻIL LIL 700,000 IMMIGRANT FL-2016
Read More
L-EWROPEJ FAVUR L-GĦAJNUNA UMANITARJA
Read More
Post a comment