Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogerini, flimkien mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, Franza, Renju Unit, Ċina u Russja wegħdu li jkomplu jixtru prodotti taż-żejt Iranjani.

L-Iran qed titlob għal miżuri addizzjonali biex jikkompensaw għal irtirar tal-Istati Uniti mill-ftehim nukleari Iranjan.

Il-pajjiżi Ewropej ikkommettew ruħhom li jkomplu bir-relazzjonijiet ekonomiċi u settorjali ta’ kull tip mal-Iran, fosthom “il-kontinwita` tal-esportazzjoni taż-żejt u prodotti derivati minnu u petrolkimiċi.”

Huma impenjaw ruħhom li jżommu mezzi finanzjarji effettivi mal-Iran, b’kopertura ta’ kreditu għall-esportazzjoni, jinkoraġġixxu aktar investiment fl-Iran, u biex iġibu appoġġ prattiku għal kummerċ u l-investiment fil-pajjiż.

Dawn wegħdu appoġġ effettiv għall-operaturi ekonomiċi li jinnegozjaw mal-Iran, partikolarment l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju li huma s-sinsla ta’ ħafna ekonomiji. Wegħdu wkoll il-protezzjoni tal-kumpaniji mill-effetti extraterritorjali tas-sanzjonijiet Amerikani.

Il-pajjiżi appoġġjaw ukoll it-tkomplija tar-relazzjonijiet tat-trasport marittimu, tal-art, tal-ajru u tal-ferroviji. Huma ħabbru li se jaħdmu permezz ta ‘”sforzi bilaterali diretti u permezz ta’ impenn ma’ msieħba internazzjonali sabiex dawn isegwu l-istess politika ekonomika mal-Iran”.

Fit-2 ta’ Lulju l-President Amerikan Donald Trump sejjaħ lil pajjiżi biex ma jixtrux żejt Iranjan sal-4 ta’ Novembru.

FL-INTERESS TA’ MALTA LI TINSTAB SOLUZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret id-disposizzjoni tagħha li tkompli bin-negozjati tal-Brexit tul l-24 siegħa ta’ kull ġurnata li fadal sat-tmiem in-negozjati għall-ħruġ ...
Read More

L-AKBAR SFIDA GĦALL-PRESIDENZA AWSTRIJAKA

L-ikbar sfida għal Presidenza Awstrijaka tal-UE se tkun dik li tnaqqas id-differenzi bejn l-Istati Membri u fl-istess waqt iżżomm koerenza ...
Read More

IL-ĠERMANJA TRID TIBGĦAT IMMIGRANTI LURA L-GREĊJA U L-ITALJA

Il-Ġermanja trid tinnegozja mal-Italja u l-Greċja biex jinbagħtu lura l-immigranti li għamlu talba tal-ażil f’dawn iż-żewġ pajjiżi. “Dawk li applikaw ...
Read More

ESTIŻI S-SANZJONIJIET RUSSI

Il-Kunsill tal-UE estenda b’sitt xhur is-sanzjonijiet ekonomiċi kontra r-Russja relatati mal-kunflitt tal-Lvant tal-Ukraina. Is-sanzjonijiet se jibqgħu fis-seħħ sal-31 ta’ Jannar ...
Read More

PROPOSTI ĠODDA GĦALL-ĦARSIEN TAL-FRUNTIERI EWROPEJ

F’Settembru l-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta miżuri ġodda għal ħarsien aħjar tal-fruntieri tal-UE wara li l-mexxejja tal-pajjiżi fil-Kunsill tal-UE qablu li ...
Read More

IKOMPLU JIXTRU Ż-ŻEJT IRANJAN

Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogerini, flimkien mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, Franza, Renju Unit, Ċina u Russja wegħdu li ...
Read More

JITOLBU KJARIFIKI DWAR L-ISTRATEĠIJA DIĠITALI EWROPEA

Alfred Sant ingħaqad ma’ tliet MEPs mill-Ġermanja, Franza u l-Finlandja biex talbu lill-Kummissjoni Ewropea tiċċara l-pożizzjoni tagħha dwar l-Istrateġija Diġitali ...
Read More

IĊ-ĊINA TRID EWROPA EKONOMIKAMENT B’SAĦĦITHA

Iċ-Ċina hija miftuħa għal kummerċ ma’ msieħba barranin u tibbenefika minn Ewropa b’ekonomija b’saħħitha, qal il-mexxej Ċiniż Li Keqiang li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment