Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huwa l-bank ċentrali għall-munita unika tal-Ewropa, l-ewro, imwaqqaf bil-għan li jaqdi liċ-ċittadini Ewropej billi jħares il-valur tal-ewro u jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet fiż-żona tal-ewro. Iż-żona tal-Ewro tiġbor fiha d-19-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea li daħħlu l-Ewro mill-1999 ’l hawn, inkluż lil Malta.

Il-BĊE jiddefinixxi u jimplimenta l-politika monetarja għaż-żona tal-ewro u jimplimenta għadd ta’ kompiti oħra, fosthom is-superviżjoni bankarja. Il-BĊE huwa istituzzjoni uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-qalba tal-Ewrosistema.

Facebook Comments

Post a comment