Serge Telle, wieħed mill-imħuħ li waqqfu l-Unjoni għall-Mediterran qal li ‘Il-futur tal-Ewropa huwa determinat ukoll minn dak li qed isseħħ fiż-żona tal-Mediterran.’ Hu kkritika l-Unjoni li f’dan ir-reġjun mhux qed tara aktar ’il bogħod minn imneħirha u mhux tiddibatti biżżejjed dwar id-diffikultajiet f’dan ir-reġjun.

Dak li qed jiġri fil-Mediterran jaffettwa l-Ewropa kollha u peress li l-midja titkellem dwar dak li jiġri fis-Sud tal-Mediterran – dwar l-imigrazzjoni, il-ġlied u l-estremiżu Iżlamiku, mhux qed naraw l-opportunitajiet biex nibnu futur flimkien bejn l-Afrika ta’ Fuq u l-Ewropa.
Serge Telle qal li d-diffikultajiet kollha ta’ dan is-seklu huma kkonċentrati hawnhekk, bħalma kienu wkoll fil-passat. Telle jsostni l-ħtieġa li nipproteġu dan il-baħar tant sinjur u fraġli: ‘Jeħtieġ noħolqu djalogu interkulturali, djalogu dwar l-enerġija u l-paċi’. L-Ewropa dejjem sabitha diffiċli biex tassumi r-responsabbilta` tas-sitwazzjoni. ‘Naħsbu li nistgħu nipproteġu lilna nfusna billi nirrifjutaw li naraw li d-destin tagħna huwa bħal ħolqa, waħda mqabbda mal-oħra.’ Qal Telle. L-Unjoni għall-Mediterran twaqqfet fis-sena 2008 bejn 43 pajjiż mill-Ewropa u l-Mediterran: it-28 stat membru tal-UE u 15-il pajjiż mill-Afrika ta’ Fuq, mil-Lvant Nofsani u mix-Xlokk tal-Ewropa.

Facebook Comments

Post a comment