Minħabba s-sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea kontra r-Russja, l-Greċja u r-Russja mhux qed jixtru u jbiegħu xi prodotti lil xulxin. Il-Greċja kompliet marret ħażin bis-sanzjonijiet għaliex kienet tbigħ ħafna lis-suq Russu. Issa l-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras qal li ż-żewġ pajjiżi se jibdew iwaqqfu kumpaniji Griegi-Russi biex il-prodotti agrikoli Griegi jkunu jistgħu jidħlu fis-suq Russu. Permezz ta’ kumpaniji ta’ dan it-tip, il-frott u l-ħaxix li ġejjin mill-Greċja ma jkunux ikkunsidrati li huma esportati lejn ir-Russja. B’hekk il-bdiewa Griegi ma jintlaqtux aktar mill-embargo Russu impost fuq il-pajjiżi tal-UE.
Il-President Russu Vladimir Putin ukoll ta x’jifhem li se jitwaqqfu kumpaniji Griegi-Russi għall-esportazzjoni ta’ prodotti Griegi lejn ir-Russja bħall-ħawħ, frawli, kiwi, u lumi. Fl-istess nifs qal li r-Russja ma tistax tagħmel eċċezzjonijiet għal pajjiż wieħed minħabba s-sanzjonijiet tal-UE.

Facebook Comments

Post a comment