22 pajjiż fi ħdan l-Unjoni għandhom il-paga minima. 6 pajjiż fi ħdan l-Unjoni għad ma għandhomx. Dawn huma l-Awstrija, Ċipru, id-Danimarka, il-Finlandja, l-Italja u l-Isvezja. Il-paga minima fil-pajjiżi tal-Unjoni tvarja minn €184 fix-xahar fil-Bulgarija għal €1, 923 fil-Lussemburgu.
10 pajjiżi għandhom paga taħt il-€500 fix-xahar – dawn huma l-Bulgarija (€184), ir-Rumanija (€218, il-Litwanja (€300), ir-Repubblika Ċeka (€332), l-Ungerija (€333), il-Latvja (€360), Slovakkja (€380) l-Estonja (€390), il-Kroazja (€396) u l-Polonja (€410).
5 pajjiżi għandhom paga minima li tvarja bejn €500 u €1000 fix-xahar – dawn huma l-Portugall (€589), il-Greċja (€684), Malta (€720), Spanja (€757) u Slovenja (€791).
7 pajjiżi għandhom paga minima li taqbeż l-elf ewro fix-xahar – dawn huma l-Ingilterra (€1, 379), Franza (€1, 458), l-Irlanda (€1, 462), il-Ġermanja (€1, 273), il-Belġju u l-Olanda (€1, 502) u l-Lussemburgu (€1, 923).
Il-paga minima naqset fil-Greċja minn €794 fl-2008 għal €684. Fl-2015 il-paga minima żdiedet f’kull stat membru mill-2008 ’l hawn minbarra fl-Irlanda fejn baqgħet l-istess u fil-Greċja fejn tnaqqset b’14%.
L-iktar pajjiżi li rreġistraw żieda fil-paga minima kienu r-Rumanija (+95%), il-Bulgarija (+64%), l-Islovakkja (+58%) u l-Latvja (+57%)

Facebook Comments

Post a comment