Il-linji tal-Ajru Etihad, Qatar Airways u Emirates irċevew $42 biljun sussidju mill-gvernijiet ta’ pajjiżhom fuq perijodu ta’ għaxar snin bejn l-2004 u l-2014. Dawn il-linji tal-ajru huma tal-istat. Dan qaluh il-kumpaniji tal-ajru Amerikani American Airlines, Delta u United. Il-Membru Parlamentari Ewropew Franċiż tal-Partit Popolari Ewropew, Jerome Lavrilleux qal li dan huwa sussidju abbużiv tal-linji tal-ajru fl-istati tal-Golf. Lavrilleux talab liIl-Kummissjoni Ewropea tinvestiga dan il-każ. Fi kliem Lavrilleux dan ‘qed joħloq kompetizzjoni inġusta’ u talab biex ‘titwaqqaf struttura li tistħarreġ każijiet ta’ kompetizzjoni inġusta’. Il-Kummissjoni Ewropea ma tippermettix għajnuna tal-istat lill-kumpaniji pubbliċi.

Facebook Comments

Post a comment