Il-Parlament Ewropew approva t-twaqqif ta’ Awtorita` dwar is-superviżjoni tal-banek f’diffikultajiet kbar fiż-żona Ewro. Dan il-Bord se jiddeċiedi dwar l-għeluq ta’ banek li jkunu f’diffikultajiet jew inkunu fallew. L-għan tal-Bord huwa li ‘l-għeluq tal-banek isir bl-anqas piż għal dawk li jħallsu t-taxxa u għall-ekonomiji tal-pajjiżi minn fejn joperaw il-banek.’ Il-Bord se jibda jopera mill-bidu tal-2015.

Alfred Sant , li vvota favur din il-mozzjoni, qal lill-Parlament Ewropew li mhux il-banek kollha fiż-żona Ewro se jkunu ttrattati b’mod ugwali. ‘L-anqas li se jkunu kapaċi li jlaħħqu ma’ dawn l-aspetti se jkunu s-sistemi bankarji tal-pajjiżi ta’ daqs mezzan jew ċkejken, speċjalment f’ekonomiji fejn is-servizzi finanzjarji saru qasam importanti. Irridu niżguraw li l-banek iż-żgħar fl-ekonomiji ż-żgħar ikomplu bil-ħidma tagħhom fis-servizzi finanzjarji fl-ekonomija nazzjonali tagħhom. Importanti li dawn il-banek f’ekonomiji żgħar ma jnaqqsux is-self lil kumpaniji ta’ daqs ċkejken jew medju.’ qal Alfred Sant.
Dawn il-kumpaniji (SMEs) jiġġeneraw 85% tal-imġjiegi ġodda fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
Alfred Sant qal lill-Parlament Ewropew li jeħtieġ niżguraw li l-banek iż-żgħar fl-ekonomiji ż-żgħar ma jsirux aktar timidi quddiem is-sogru tal-investiment, billi waqt li jiġu anqas kompettitivi, inaqqsu l-ħidma tagħhom fis-servizzi finanzjarji fl-ekonomija nazzjonali tagħom, u ħaġa aktar importanti, inaqqsu mis-self lil kumpaniji ta’ daqs ċkejken jew medju. X’aktarx li d-dinamika politika tal-Awtorità tar-Reżoluzzjoni se tispiċċa ftit differenti minn dik tal-eurogroup meta per eżempju, dan kien qed jittratta mal-pajjiżi tal-Ewropa tas-sud. ‘Mhux il-banek kollha se jkunu ugwali. Sant qal dan waqt li ivvota favur mozzjoni tal-Parlament Ewropew li tapprova l-Awtorita’ tar-Reżoluzjoni (SRB) li se tkun inkarigata mill-banek f’diffikultajiet fiż-żona Ewro.

Facebook Comments

Post a comment