L-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol qed tbassar li l-qgħad se jkompli jiżdied fis-snin li ġejjin. Dan għaliex it-tkabbir tal-ekonomija globali se jkun batut u l-ugwaljanza se tonqos aktar. Fl-aħħar rapport annwali tal-Organizzazzjoni huwa mbassar li sal-2019, aktar minn 212 miljun ruħ se jkunu mingħajr impjieg. Fil-preżent hemm 201 miljun ruħ qiegħda. Għalkemm is-sitwazzjoni fl-Istati Uniti u fil-Ġapan tjiebet, fl-Ewropa s-sitwazzjoni għada diffiċli ħafna u fid-dinja Għarbija, f’reġuni tal-Amerika Latina u fil-Karibew, is-sitwazzjoni marret għall-agħar. L-uniku aħbar tajba hija li n-numru ta’ ħaddiema b’impjieg vulnerabbli naqas mad-dinja kollha.

Facebook Comments

Post a comment