Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja għandha l-għan li tara li l-liġi fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewopea tkun imħarsa u interpretata skont it-Trattati tal-Unjoni Ewropea. Dil-Qorti ilha teżisti mill-1952 meta twaqqfet mit-Trattat Ewropew tal-faħam u l-azzar u tinsab fil-Lussemburgu. Hija magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali u qrati oħra speċjalizzati. Fil-Qorti tal-Ġustizzja hemm Imħallef għal kull stat membru u tmien avukati-ġenerali.
L-Imħallfin u l-avukati-ġenerali huma appuntati bi qbil mal-gvernijiet tal-istati membri għal terminu ta’ sitt snin, li jistgħu jkunu mġedda. L-imħallfin huma magħżulin minn qalb l-avukati li għandhom il-kwalifiki meħtieġa. Imbagħad board ta’ 7 persuni minn istituzzjonijiet ġudizjarji ewropej u nazzjonali jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar il-kandidati imressqa mill-gvernijiet għal imħallef jew avukat ġenerali.

Facebook Comments

Post a comment