Fl-ewwel deċiżjoni tiegħu wara l-Brexit, il-Bank Ċentrali Ewropew iddeċieda li ma jmissx ir-rati ta’ interessi u għajnuniet finanzjarji oħra u jħalli kollox kif inhu. Mario Draghi qal li għalissa għadu kmieni biex wieħed jara l-impatt ekonomiku li ħalla l-vot Brittanniku.  Qal ukoll li sa issa ma kienx hemm problemi kbar fis-swieq finanzjarji u fis-settur bankarju. Dan għaliex il-banek ċentrali kellhom biżżejjed likwidita`.

Din id-deċiżjoni kienet mistennija. Il-Bank Ċentrali Ewropew se jistenna qabel ma jżid l-istimoli ekonomiċi li jagħtu spinta lill-inflazzjoni. “Fix-xhur li ġejjin, meta jkollna aktar informazzjoni, inkunu f’pożizzjoni aħjar biex naraw fejn mixjin il-kundizzjonijiet ekonomiċi, liema toroq iwasslu għal aktar inflazzjoni u tkabbir u r-riskji li jkun hemm imdawrin magħhom,” qal Mario Draghi. Żied jgħid ukoll li, “L-effett tal-Brexit jista’ jkollu impatt ta’ bejn 0.2% u 0.5% fuq it-tkabbir taż-żona ewro fuq perijodu ta’ tliet snin.” Iżda wissa li dawn iċ-ċifri għandhom jittieħdu b’mod kawt għax kollox għadu fl-inċertezza. Il-Bank Ċentrali Ewropew lest li juża l-istrumenti finanzjarji kollha li huma possibbli biex jilħaq il-miri tiegħu.

SAJF TA’ BIŻA’

L-attakki terroristiċi fl-Ewropa saru n-normalita`. F’anqas minn ġimagħtejn il-kalma fl-Ewropa sfat mhedda minn attakki vjolenti fl-Ewropa li ħallew għexieren ta’ ...
Read More

FRANZA TITLOB L-GĦAJNUNA TAL-EWROPA

It-terrur tal-aħħar ġranet kompla żied l-inċertezza fi Franza li għadha u se tibqa’ fi stat ta’ emerġenza sa tmiem is-sena.  ...
Read More

IR-RENJU UNIT MA KIENX LEST GĦAL BREXIT

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker qal li r-Renju Unit jeħtieġ xhur ta’ preparazzjoni qabel jiftaħ id-diskussjonijiet għall-ħruġ tal-pajjiż mill-UE. Ma ...
Read More

IŻOMMU D-DRITTIJIET TAGĦHOM SAKEMM IR-RENJU UNIT JIBQA’ FL-UE

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li ċ-ċittadini tas-27 pajjiż Ewropew li jgħixu fir-Renju Unit u ċ-ċittadini Brittanniċi li jgħixu fil-pajjiżi tal-UE se ...
Read More

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW MA JĊAĊLAQ XEJN

Fl-ewwel deċiżjoni tiegħu wara l-Brexit, il-Bank Ċentrali Ewropew iddeċieda li ma jmissx ir-rati ta’ interessi u għajnuniet finanzjarji oħra u ...
Read More

PROPOSTI GĦALL-INVESTIMENT FL-ISTATI MEMBRI TAL-UE

Il-gruppi politiċi kollha fil-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) għandhom jipprovaw jippreżentaw proposti validi dwar l-investiment, ibbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi ...
Read More

BIL-PIENA KAPITALI T-TURKIJA MA SSIRX MEMBRU TAL-UE

Il-Kumitat tal-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew qal li bl-introduzzjoni tal-piena kapitali, it-Turkija taqta’ ħesrem in-negozjati mal-UE. Wara l-attakki vjolenti fuq l-awtoritajiet ...
Read More

KAPITLI IMPORTANTI GĦAS-SĦUBIJA TAS-SERBJA

L-UE u s-Serbja fetħu żewġ kapitli importanti fil-proċess ta’ sħubija ta’ dan il-pajjiż fl-Unjoni: kapitlu 23 dwar għodda ġudizjarji u ...
Read More

IMWISSIJA MA JFITTXUX MOSTRI FIL-BOSNJA

Filwaqt li bosta żgħażagħ qed jieħdu gost jilagħbu l-‘Pokemon Go’, qed ikun hemm il-periklu ta’ inċidenti, l-aktar fil-Bosnja. F’dan il-pajjiż ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment