Mario Draghi, President tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) qal li l-bank se jissokta l-programm ta’ quantitative easing, programm li permezz tiegħu l-BĊE  jitfa’ l-flus fis-suq. Draghi stqarr li din il-ħidma għadha meħtieġa.

“Iż-żona ewro qed turi sinjali pożittivi u r-riskji li jxekklu t-tkabbir ekonomiku qed jonqsu”, qal Draghi waqt laqgħa fil-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew. L-inflazzjoni għadha kajmana u allura jinħtieġ li l-BĊE jibqa’ sejjer bil-programm attwali tiegħu.

F’laqgħa li għandha ssir dan ix-xahar se jkun ippubblikat it-tbassir ekonomiku għax-xhur li ġejjin. Din l-informazzjoni tgħin biex jingħata ġudizzju aktar dettaljat dwar l-inflazzjoni u t-tkabbir ekonomiku għaż-żmien li ġej. Draghi qal li r-riformi strutturali huma essenzjali biex jinħoloq ambjent ta’ kummerċ li jwassal għal innovazzjoni u spinta fil-produttivita`.

Facebook Comments

Post a comment