F’Settembru l-Ewropa reġa’ kellha inflazzjoni negattiva ta’ -0.1%. L-inflazzjoni għal Awwissu kienet ta’ 0.1%. Jiġifieri f’Settembru fl-Unjoni Ewropea il-prezzijiet naqsu b’0.1% meta mqabbel ma’ 0.0% għax-xahar ta’ Awwissu.

F’Settembru tal-2015, 17-il stat membru kellhom inflazzjoni negattiva Ċipru (-1.9%), Rumanija (-1.5%), Spanja (-1.1%), Slovenja (-1.0%), Bulgarija (-0.9%), Greċja u Litwanja (-0.8%), Finlandja (-0.7%), Polonja (-0.6%), Kroazja u Renju Unit (-0.1%). Kien hemm inflazzjoni ta’ żero fl-Irlanda, inflazzjoni ċkejkna fi Franza (+0.1%) u l-Italja (+0.2%) inflazzjoni moderata fl-Awstrija, Portugall, u Svezja (+0.9%) u l-ogħla rati ta’ inflazzjoni kienu f’Malta (+1.6%). Meta mqabbel ma’ Awwissu, l-inflazzjoni niżlet fi 18-il Stat Membru, baqgħet stabbli f’4 u telgħet f’6 stati.

Ir-restoranti u l-kafetteriji huma l-aktar li affettwaw biex l-inflazzjoni titla’ ’l fuq (+0.12 punti ta’ persentaġġ), il-ħaxix u l-frott (+0.11 punti ta’ persentaġġ) u t-tabakk (+0.08 punti ta’ persentaġġ). Il-‘fuel’ (-0.71 pp) u l-‘heating oil’ (-0.25 pp) ħallew l-ikbar impatt negattiv fuq l-inflazzjoni.

L-aħbar li l-prezzijiet fiż-żona ewro reġgħu bdew niżlin hija aħbar ħażina ħafna għall-Bank Ċentrali Ewropew. Dan qed jixtri bonds pubbliċi u privati bil-kwantita`, f’ħidma li tissejjaħ ‘quantitative easing’. Minkejja din il-ħidma, qed ikun diffiċli ħafna biex il-prezzijiet jogħlew u jibqgħu stabbli b’inflazzjoni ta’ ftit inqas minn 2%, li hija meqjusa bħala rata ta’ inflazzjoni ottimali.

 

IL-PAJJIŻI AFRIKANI MA JRIDUX IMMIGRANTI F’PAJJIŻHOM

Tliet ġimgħat biss qabel il-konferenza li se ssir il-Belt Valletta dwar il-kriżi tal-immigrazzjoni, diġa` qed joħorġu xi punti ta’ tilwim ...
Read More

IT-TURKIJA MHUX IMPRESSJONATA BIL-PROPOSTI EWROPEJ DWAR L-IMMIGRAZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ta’ azzjoni li ppreżentat lill-President Tork Erdogan dwar l-immigrazzjoni. Dan il-pjan jinkludi sensiela ta’ inizjattivi, bl-UE ...
Read More

ĊITTADINI EWROPEJ IRIDU JAGĦTU PROVA LI HUMA IMMIGRANTI LEGALI

Sabiex stat membru jipproteġi l-finanzi tiegħu, qabel ma jagħti l-benefiċċji soċjali lil ċittadini li ġejjin minn stati membri oħra, jista’ ...
Read More

JIPPERSISTU D-DIVERĠENZI BEJN IR-REĠJUNI

Id-differenzi soċjo-ekonomiċi u demografiċi bejn in-Nord u s-Sud tal-Unjoni Ewropea għadhom b’saħħtihom. Dan ħareġ minn studju ppubblikat mill-Eurostat u li ...
Read More

‘L-UE M’GĦANDHIEX TAPPLIKA BIL-GĦAMA REGOLI TA’ ‘ONE-SIZE FITS ALL’ FIL-QASAM TAL-KOMPETIZZJONI’

Fit-tmexxija tal-politika tal-kompetizzjoni l-Unjoni Ewropea m’għandhiex tapplika bil-għama regoli ta’ ‘one size fits all’ għax dan ikun ta’ detriment għall-pajjiżi ...
Read More

JISTGĦU JINTILFU 7 MILJUN TURIST

Proposta biex issir reviżjoni tax-xengen visa bħala miżura li tagħti spinta lis-settur turistiku ma ntlaqgħetx. Din il-proposta mhix qiegħda fuq ...
Read More

DAWK BI DĦUL BAXX L-AKTAR LI JBATU MINN MARD IKKAWŻAT MILL-ĦXUNA

Dawk is-saffi tal-popolazzjoni li għandhom dħul baxx huma l-aktar li jbatu mill-obesita` u huma l-aktar li jsofru minn mard ikkawżat ...
Read More

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW TAĦT PRESSJONI MINĦABBA L-INFLAZZJONI

F’Settembru l-Ewropa reġa’ kellha inflazzjoni negattiva ta’ -0.1%. L-inflazzjoni għal Awwissu kienet ta’ 0.1%. Jiġifieri f’Settembru fl-Unjoni Ewropea il-prezzijiet naqsu ...
Read More

SPANJA U L-KUMMISSJONI MA JAQBLUX DWAR ID-DEFIĊIT

Spanja ċerta li din is-sena se jkollha defiċit ta’ 4.2% fil-waqt li l-Kummissjoni temmen li Spanja se jkollha defiċit akbar ...
Read More

IL-ĠID TAL-FAMILJI ĠERMANIŻI

Il-ġid tal-familji Ġermaniżi qed jonqos. Minkejja li l-ekonomija Ġermaniża sejra tajjeb, jidher li l-Ġermaniżi mhux qed jibbenefikaw direttament minn dan ...
Read More

TILWIM FUQ IŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA

Iż-żieda fl-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa Tuneżin mingħajr dazju fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea se jaffettwa ħażin lis-settur Ewropew fejn il-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa qed ...
Read More

Il-GRUPP TAS-SOĊJALISTI U DEMOKRATIĊI – S&D

Il-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi huwa wieħed mill-gruppi politici fi ħdan il-Parlament Ewropew. Is-Socjalisti u Demokratici għandhom 191 membru u huwa ...
Read More

VINO VERITAS

Figuri li ppubblikat il-Kummissjoni Ewropa juru li l-ġabra tal-għeneb fl-Italja se taqbeż lil dik ta’ Franza. L-Italja se ssir l-ikbar ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment