Il-Belarus trid relazzjonijiet aktar mill-qrib mal-Punent anki jekk dan xejn m’hu jinżel tajjeb mal-alleat tradizzjonali tagħha r-Russja. Belarus kellha nuqqas ta’ qbil ma’ Moska, li ħabbret li se tqasqas is-sussidji li żammew lil dan il-pajjiż ta’ 9.5 miljun ruħ taħt l-influwenza Russa.

Il-President tal-Belarus Alexander Lukashenko kellu sensiela ta’ laqgħat mal-President Russu Vladimir Putin. Jidher li ma rawx għajn ma’ għajn dwar il-futur. Ir-Russja qed tipproponi  bdil fit-taxxa Russa li l-Belarus qed tgħid li se tiswiha $400 miljun dollaru fis-sena.

Lukashenko bidel it-ton meta tkellem dwar in-NATO u l-UE.

“Irridu nkellmuhom, ma rridux inħarsu lejhom daqs li kieku għedewwa. Idealment il-Lvant u l-Punent isibu bilanċ fil-politika barranija”.

L-istqarrija ta’ Lukasenko xejn ma’ niżżlet tajjeb mar-Russja.

Lukashenko ilu fit-tmun tal-Belarus għal dawn l-aħħar 25 sena. F’dawn is-snin żamm allineament mar-Russja ħafna aktar minn stati oħra ex-Sovjetiċi. Iżda mill-2014 lil hawn beda juri sinjali ta’ ġibda lejn l-Istati Uniti u l-UE, meta l-Belarus ma rrikonoxxiex l-għaqda tal-Krimea mir-Russja.

 VUĊI WAĦDA  FL-EWROPA

F’konferenza dwar il-futur ta’ Malta fl-Ewropa fil-Qawra Alfred Sant qal irridu niżguraw li Malta  jkollha vuċi waħda fil-Parlament Ewropew li ...
Read More

IRIDU JKEĊĊU LIL ORBAN MILL-PPE

Membri tal-Partit tal-Popolari Ewropew (PPE) għamlu talba uffiċċjali biex ikeċċu lill-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orbán u l-partit tiegħu Fidesz. Il-kwistjoni ...
Read More

MACRON IWIEGĦED ‘RINAXXIMENT’ EWROPEW

Il-President Franċiż Emanuel Macron qal li l-mexxejja Ewropej għandhom jinnegozjaw mill-ġdid it-Trattati Ewropej wara l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Dan għandu jsir, ...
Read More

JUNCKER  SKREDITAT FL-UNGERIJA

L-Ungerija ħabbret li fil-15 ta’ Marzu se twaqqaf kampanja pubbliċitarja kontra Jean-Claude Juncker u l-filantropu Amerikan George Soros li matulha ġew akkużati li ...
Read More

FORTIZZA TRUMP FIL-POLONJA

Il-Gvern Pollakk ħabbar li sa 2026 se jonfoq €43 biljun biex isaħħaħ id-difiża ta’ pajjiżu u jimmodernizza l-forzi armati. Se ...
Read More

SKONNETTJATI  MILL-ISTITUZZJONIJIET EWROPEJ

Il-lemin estrem fl-Ewropa qed jagħmel tiegħu il-kunċett ta’ Ewropa tan-nazzjonijiet waqt li miljuni ta’ Ewropej iħossuhom maqtugħin mill-Istituzzjonijiet Ewropej. Dan ...
Read More

FONDI GĦALL-BDIEWA   

Alfred Sant ħeġġeġ bdiewa Maltin u Għawdxin japplikaw għal fondi Ewropej mis-sena 2021 li jistgħu jiffaċilitaw il-bejgħ tal-prodotti agrikoli tagħhom ...
Read More

IL-BELARUS IĦARES LEJN IL-PUNENT

Il-Belarus trid relazzjonijiet aktar mill-qrib mal-Punent anki jekk dan xejn m’hu jinżel tajjeb mal-alleat tradizzjonali tagħha r-Russja. Belarus kellha nuqqas ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment