Il-Partit tal-Faxxisti fis-Slovakkja se jkunu jistgħu jikkontestaw l-elezzjonijiet Ewropej wara deċiżjoni tal-Qorti Slovakka. Il-partit tal-lemin estrem huwa  kontra l-immigrazzjoni u kontra l-komunita` tar-Roma. Bħalissa għandu l-appoġġ ta’ 10% tal-votanti. Dan il-partit daħal l-ewwel darba fil-parlament f’Marzu tal-2016 bi 13-il siġġu minn 150 siġġijiet.

Fl-2017 il-prosekuturi  fis-Slovakkja talbu li jissanzjonaw lil partit People’s Party Our Slovakia (LSNS), fuq il-bażi li dan il-partit kien qed jikser id-demokrazija.

Il-mexxej tal-Partit Marian Kotleba, 42 sena, magħruf li mexxa n-nies fit-toroq libsin l-uniformijiet suwed tan-neo-Nażisti qabel ma daħal fil-parlament. Kotleba kemm-il darba nżamm mill-pulizija u nstab ħati ta’ diskors ta’ mibegħda. Huwa faħħar ukoll President Slovakk ta’ żmien it-tieni gwerra dinjija Jozef Tiso, li qabel li jiddeporta għexieren ta’ eluf ta’ Lhud fil-Ġermanja Nażista.

“LSNS huwa partit faxxist,” qal il-Ministru tal-Ġustizzja Gabor Gal qabel il-verdett. “Il-Faxxiżmu ma għandux post fl-Islovakkja”.

Il-verdett għoġob ħafna lil Partit LSNS bil-mexxej Kotleba.

“Aħna qatt ma ksirna l-liġijiet tal-pajjiż u m’aħniex theddida għad-demokrazija.”

Kotleba qed iħeġġeġ lin-nies jivvotaw lil kandidati tal-partit tiegħu fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew.

_0001_villaarrigonewsletter-2

L-INTERESSI TA’ MALTA  L-EWWEL U QABEL KOLLOX

Se jkun kruċjali għall-Maltin u l-Għawdxin li fil-Parlament Ewropew ipoġġu deputati li tassew u l-ħin kollu jpoġġu l-interessi ta’ Malta ...
Read More
_0006_eu-plenary

STIGMATIZZAZZJONI SUPERFIĊJALI TA’ MALTA

Fl-aħħar intervent tiegħu qabel għalaq il-Parlament Ewropew, Alfred Sant qal li l-Parlament Ewropew qed iċedi għal stigmatizzazzjoni superfiċjali ta’ Malta ...
Read More
_0004_socialists-win-elections

IS-SOĊJALISTI JIRBĦU FI SPANJA

Il-Prim Ministu Spanjol Pedro Sanchez se jerġa’ jikseb il-poter wara li s-Soċjalisti ġabu aktar voti min-nazzjonalisti fl-elezzjonijiet ta’ nhar il-Ħadd, ...
Read More
_0003_holiday

L-INGLIŻI JISKARTAW L-EWROPA GĦALL-VAGANZI TAGĦHOM

Aktar Brittaniċi qed jagħżlu destinazzjonijiet barra l-UE għal vaganzi tagħhom meta kkomparat mas-snin li għaddew fid-dawl tal-limbu tal-Brexit, skont il-kumpanija ...
Read More
_0007_bratislava-1

 IL-FAXXISTI SLOVAKKI SE JIKKONTESTAW L-ELEZZJONIJIET EWROPEJ

Il-Partit tal-Faxxisti fis-Slovakkja se jkunu jistgħu jikkontestaw l-elezzjonijiet Ewropej wara deċiżjoni tal-Qorti Slovakka. Il-partit tal-lemin estrem huwa kontra l-immigrazzjoni u ...
Read More
_0009_img_gug

GĦAWDEX JEĦTIEĠ L-GĦAJNUNA TAL-ISTAT

Gżejjer żgħar bħal Għawdex għandhom bżonn l-għajnuna tal-istat. Din l-għajnuna ma taffettwax is-suq komuni Ewropew imma l-UE għadha ma tridx ...
Read More
_0003_malta-aerial

MALTA FUQ QUDDIEM FIL-QASAM TAL-BLOCKCHAIN

Malta hija fuq quddiem nett fil-promozzjoni tat-teknoloġija tal-blockchain billi stabbiliet qafas regolatorju fuq livell nazzjonali, qal Alfred Sant fi stqarrija ...
Read More
_0005_obesity

L-OBESITA`: PESTA FOST IT-TFAL FIN-NOFSINHAR TAL-EWROPA

Il-każijiet ta’ obeżita` u piż żejjed żdiedu fin-naħa t’isfel tal-Ewropa, skont studju tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO). L-organizzazzjoni ppreżentat ir-riċerka tagħha ...
Read More