L-Unjoni Ewropea għandha fondi li jiffinanzjaw proġetti għall-iżvilupp u t-titjib fir-reġjuni differenti tagħha. Dawn jissejħu fondi għall-iżvilupp reġjonali u jistgħu jintużaw għal diversi għanijiet f’oqsma differenti. Fost oħrajn, jistgħu jintużaw biex isir restawr ta’ bini storiku, biex issir ir-riċerka u anki biex isir investiment fl-edukazzjoni. Il-fondi reġjonali għandhom l-għan ukoll li jħajru l-investiment ta’ negozji żgħar u medji.

F’dawn l-aħħar snin permezz ta’ dawn il-fondi f’Malta sar il-proġett taċ-ċentru nazzjonali tax-xjenza f’Bighi bl-għan li aktar studenti Maltin jagħżlu l-qasam tax-xjenza u r-riċerka. Il-fondi reġjonali għenu lill-intrapriżi żgħar u medji b’żewġ modi – bi ‘grants’ li kienet qed tagħti l-Malta Enterprise, kif ukoll bi programm magħruf bħala JEREMIE li jgħin lill-intrapriżi żgħar ikollhom aċċess aktar faċli għall-kapital f’kas li jkunu jridu jkabbru, jimmodernizzaw u jiddiversifikaw l-attivitajiet tagħhom. F’Malta l-fondi reġjonali ntefqu wkoll fir-restawr tal-fortifikazzjonijiet storiċi bħal Forti Sant’Anġlu. Intefqu fil-qasam tal-enerġija alternattiva permezz tal-iskema tad-domestic PV panels fejn dawk li investew fil-pannelli fotovoltajċi ngħataw rebate. Saru wkoll proġetti fil-qasam tas-saħħa u tal-edukazzjoni permezz ta’ dawn il-fondi, fosthom il-proġett tal-onkoloġija u l-proġett tal-bini tal-MCAST.

Fis-snin li ġejjin, il-fondi reġjonali f’Malta se jintefqu fir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni;  it-teknoloġija tal-informatika, investiment lin-negozji żgħar u medji;  miżuri biex jitnaqqsu l-gassijiet tossiċi; il-ħarsien tal-ambjent; żvilupp urban sostenibbli; settur tat-trasport b’livell aktar baxx ta’ emissjonijiet; soċjeta’ aktar inklussiva u fil-qasam tat-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja.

Business Hand Pushing E-mail On Virtual Screen

Malta u l-Unjoni Ewropea NL28

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Aqra Aktar
Idomeni Greece - September 24 2015: Hundreds of immigrants are in a wait at the border between Greece and FYROM waiting for the right time to continue their journey from unguarded passages

L-IMMIGRAZZJONI TIBQA’ L-IKBAR UĠIGĦ TA’ RAS

L-Ungerija se titla’ fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE biex tappella kontra s-sistema ta’ kwoti obbligatorji għall-immigranti. Dan wara li l-parlament Ungeriż għadu ...
Aqra Aktar
Terrorism concept. Handguns near submachine gun on dark wooden background under beam of light

MIŻURI ĠODDA KONTRA T-TERRORIŻMU

Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi miżuri ġodda fil-ġlieda kontra t-terroriżmu. Qed tipproponi biex isiru aktar kontrolli fuq l-armi u ġlieda aktar ...
Aqra Aktar
Symbol of terror in Paris with candles and Eiffel tower - landscape orientation copy space

FRANZA TFITTEX IS-SOLIDARJETÀ TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UE

Il-Ġermanja ħabbret li se tagħti għajnuna militari lil Franza fil-ġlieda kontra l-ISIS, fosthom frejgata biex tassisti lill-aircraft carrier Franċiż Charles ...
Aqra Aktar
Car of french police semi-military police force in France

NEFQA TA’ €600 MILJUN AKTAR GĦAL FRANZA

Il-Gvern Franċiż qal li se jonfoq €600 miljun aktar fl-2016 biex iżid il-miżuri ta’ sigurta`. B’dawn il-flus, l-istat Franċiż beħsiebu ...
Aqra Aktar
Alfred SANT in plenary session week 48 2015 in Strasbourg

L-AFRIKA GĦANDHA BŻONN ‘MARSHALL PLAN’

L-Ewropa aljenata wisq bi kriżijiet oħra biex tħaddem pjan ta’ għajnuna simili għall-Marshall Plan għall-pajjiżi Afrikani, pjan li fih l-aġenziji ...
Aqra Aktar
Location shot of colorfully dressed older African women holding musical instruments smiling and happy

€150 MILJUN GĦAL PROĠETTI FL-AFRIKA

L-UE se tinvesti €150 miljun f’disa’ proġetti fl-Afrika bil-ħsieb li titjieb il-governanza, id-drittijiet umani, kif ukoll l-innovazzjoni u t-tagħlim fil-kontinent ...
Aqra Aktar
Vector Image - Turkey and Greece Flags in puzzle isolated on white background.

IL-GRIEGI U T-TOROK IMĦASSBA DWAR IL-FRUNTIERI

Il-Prim Ministru Grieg Tsipras u l-Prim Ministru Tork Davutoglu wiegħdu li se jagħmlu mill-aħjar biex jikkontrollaw il-mewġ ta’ immigranti li ...
Aqra Aktar
Text Tax rates on up trend arrow, with financial data visible on the background.

IS-SITT MEPS MALTIN KONTRA L-PROPOSTI ĠODDA TAT-TAXXI TAL-UE

Is-sitt membri parlamentari Maltin ivvotaw kontra proposti ġodda li jġibu l-istess sistema ta’ tassazzjoni fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Minkejja dan, ...
Aqra Aktar
Young attractive man doing woodwork in carpentry

L-INTRAPRIŻI ŻGĦAR U MEDJI : IS-SINSLA TAL-EKONOMIJA TAL-UE

Is-sinsla tal-ekonomija Ewropea u tal-ħolqien tal-impjiegi huma l-intrapriżi żgħar u medji. 9 minn kull 10 intrapriżi fl-Unjoni Ewropea jimpjegaw anqas ...
Aqra Aktar
fountain and Sultan Hamet Mosque or Blue Mosque in Istanbul, Turkey

IT-TURKIJA WARA L-BIEB

Wara suluzzu twil ħafna snin, l-UE mistennija tiftaħ kapitli ġodda ta’ negozjati biex it-Turkija ssir membru sħiħ tal-UE, fosthom kapitlu ...
Aqra Aktar
Women working in an office

L-ESKLUŻJONI TAN-NISA XXEKKEL L-IŻVILUPP TAS-SOĊJETA’

L-esklużjoni tan-nisa minn pożizzjonijiet operazzjonali u ta’ deċiżjoni xxekkel l-iżvilupp tas-soċjeta’. Dan qalu Dr. Alfred Sant, il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament ...
Aqra Aktar
Screen Shot 2015-12-03 at 7.03.47 PM

IL-FONDI GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI

L-Unjoni Ewropea għandha fondi li jiffinanzjaw proġetti għall-iżvilupp u t-titjib fir-reġjuni differenti tagħha. Dawn jissejħu fondi għall-iżvilupp reġjonali u jistgħu ...
Aqra Aktar
Green Wheat Head in Cultivated Agricultural Field Early Stage of Farming Plant Development Selective Focus with Shallow Depth of Field

L-EFFETTI TAL-AGRIKOLTURA

L-agrikoltura waslet fl-Ewropa madwar 8, 500 sena ilu. Permezz tagħha, il-bnedmin ta’ dak iż-żmien bidlu l-mod ta’ għixien tagħhom u ...
Aqra Aktar

Facebook Comments

Post a comment