L-UE se tibda tibgħat lura lit-Turkija l-immigranti li jaslu fuq ix-xtut tagħha. Għal kull immigrant li jintbagħat lura, se tieħu immigrant Sirjan li jkun applika għall-ażil b’mod regolari. Dan il-mekkaniżmu huwa volontarju u temporanju. Se jibqa’ jsir sakemm l-immigranti jieqfu jaqsmu l-baħar Eġew u jirfsu x-xtut Griegi illegalment u sakemm jintlaħaq limitu ta’ 72, 000 refuġjat. Jekk tinqabeż din iċ-ċifra jkun ifisser li l-pjan ma rnexxiex. Dan il-ftehim qed iqanqal bosta reazzjonijiet differenti. Min se jingħata ċ-ċans imur l-Ewropa u min se jibqa’ t-Turkija? Kif se jintagħżlu l-immigranti? Min se jagħżilhom?

Bis-saħħa ta’ dan il-ftehim it-Turkija serrħet rasha dwar il-liberalizzazzjoni tal-Visa għaċ-ċittadini tagħha li jridu jidħlu fl-Ewropa, sakemm iżżomm mal-obbligi tagħha. Rigward il-finanzjament, it-€3 biljuni se jingħataw malajr kemm jista’ jkun għall-finanzjament ta’ proġetti tas-saħħa, edukazzjoni u infrastruttura li mistennija li jibdew sa minn April li ġej. It-Turkija se tirċievi €3 biljun addizzjonali oħra fl-2018, meta l-ewwel €3 biljuni jkunu ntefqu kif sippost. Il-Prim Ministru Tork Davutoglu qal li n-numru ta’ 72, 000 huwa biss in-numru tal-ewwel skambju – il-kwota tal-bidu.

Il-ftehim qed isir bit-tama li t-traffikanti tan-nies ma jibqax ikollhom attivita`.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea bagħat 4,000 espert fil-Greċja fejn se titħaddem is-sistema tar-ritorn. L-esperti jinkludu imħallfin, interpreti u għassiesa tal-kosta. Ir-ritorn tal-immigranti mistenni li se jiswa bejn €380 u €400 miljun ewro. Franza qalet li lesta tagħti 200 uffiċċjal Franċiż oħra lil Frontex u 100 persuna oħra lill-aġenzija tal-ażil. Il-Kanċilliera Germaniża Angela Merkel qalet li l-Ewropa se tirnexxi f’dan l-att ta’ koperazzjoni mat-Turkija. Qalet li l-messaġġ huwa ċar – dawk li jaqsmu b’mod illegali mhux biss qed jirriskjaw ħajjithom imma mhux se jirnexxielhom jibqgħu fl-Ewropa.

Mill-bidu tas-sena ’l hawn walsu l-Greċja mill-anqas 144,000 persuna, l-aktar Sirjani, Iraqqini u Afgani. Ftit biss minn dawn riedu jibqgħu fuq territorju Grieg. Il-pjan tagħhom huwa li jilħqu t-tramuntana tal-Ewropa. L-għeluq tal-fruntieri tal-Balkani fissret li tal-inqas 48,000 persuna sfaw blukkati fil-Greċja. 12,000 persuna oħra qegħdin fit-tined mal-fruntiera tal-Maċedonja, jisperaw li xi darba jirnexxielhom jaqsmu.

Malta u l-Italja huma mħassba li mal-għeluq tar-rotta tal-baħar Eġew, il-problema tersaq għal Mediterran. Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini qalet li hemm madwar 450,000 persuna fil-Libja li jistgħu jfittxu t-triq tal-immigrazzjoni illegali lejn l-Ewropa. Għalhekk Mogherini qed tfittex li tappoġġja Gvern Nazzjonali Libjan li għad irid ikun approvat mill-parlament Libjan. Huwa biss permezz tal-istabilita` li l-Libja tiġġieled it-terroriżmu u tikkontrolla l-immigrazzjoni.

F’laqgħa bejn il-Prim Ministri ta’ Malta, l-Italja, Franza u r-Renju Unit ġiet diskussa  l-problema tal-Libja. Imma l-mistoqsija toħroġ waħidha; jekk ma jintlaħaqx qbil dwar min se jkun il-gvern fil-Libja, il-ftehim ma’ min se jsir? Naraw se jiġri fil-Mediterran fix-xhur li ġejjin.

ATTAKK FUQ L-EWROPA

L-attakki terroristiċi fi Brussell ħasdu lil kulħadd, minkejja li kif stqarr il-Prim Ministru Belġjan il-forzi tas-sigurta` Belġjani kienu qed jistennewhom ...
Read More

IL-FTEHIM BEJN IT-TURKIJA U L-UE: KEMM SE JKUN EFFETTIV?

L-UE se tibda tibgħat lura lit-Turkija l-immigranti li jaslu fuq ix-xtut tagħha. Għal kull immigrant li jintbagħat lura, se tieħu ...
Read More

JAGĦTU DAQQA T’ID LIL GREĊJA

13-il stat membru tal-UE flimkien man-Norveġja qed joffru l-għajnuna u l-assistenza tagħhom lil Greċja, li bħalissa hija mifnija bil-problemi tal-immigranti ...
Read More

MA JIRRISPETTAWX L-OBBLIGI BAĠITARJI TAGĦHOM

Il-Kummissjoni Ewropea esprimiet it-tħassib tagħha għaliex Spanja, il-Belġju, il-Kroazja, il-Finlandja, l-Italja u r-Rumanija mhumiex jirrispettaw l-obbligi baġitarji tagħhom. Il-Kummissjoni wissiet ...
Read More

AKTAR FLESSIBILITA` DWAR IR-RATI TAL-VAT

Il-Kunsill tal-Ewropa jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li tiżdied il-flessibilita` nazzjonali dwar rati mnaqqsa tal-VAT. Il-Kummissjoni qed tħejji pjan ta’ azzjoni dwar ...
Read More

L-UNJONI BANKARJA GĦANDHA TINDIRIZZA IR-REALTAJIET TAL-ISTATI MEMBRI

Il-miżuri l-ġodda tal-Unjoni Bankarja għandhom jindirizzaw ir-realtajiet tal-istati membri u m’għandhomx ikunu kollha tal-istess tip għal kulħadd; dawn il-miżuri m’għandhomx ...
Read More

JIŻDIEDU L-IMPJIEGI FL-EWROPA

Ir-rata ta’ nies fid-dinja tax-xogħol qed tiżdied, anki jekk b’mod kajman fl-Unjoni Ewropea. Ir-rata ta’ nies jaħdmu żdiedet b’medja ta’ ...
Read More

MEĦTIEĠA SOLUZZJONIJIET ĠODDA GĦALL-GŻEJJER ŻGĦAR TAL-UE

Membri Parlamentari Ewropej minn Sqallija, Sardinja, gżejjer Griegi, Ċipru u Malta qablu li l-Kummissjoni Ewropea għandu jkollha soluzzjonijiet ġodda għall-politika ...
Read More

GĦAWDEX JIXRAQLU TRATTAMENT SPEĊJALI

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tirrikonoxxi li gżejjer żgħar bħal Għawdex ma jaffettwawx is-suq ħieles u li r-regoli tal-għajnuna tal-istat u r-regoli ...
Read More

€200 MILJUN GĦALL-ERITREA

L-Eritrea mistennija tirċievi €200 miljun sas-sena 2020. Il-Parlament Ewropew qed jisħaq mal-Kummissjoni biex tassigura ruħha li l-ebda ċenteżmu minn dawn ...
Read More

X’INHU INTERGROUP?

Fil-Parlament Ewropew hemm 28 Intergroups. Dawn ġew approvati fil-11 ta’ Diċembru 2014 mill-Konferenza tal-Presidenti. L-Intergroups jistgħu jkunu ffurmati mill-Membri Parlamentari ...
Read More

TRADIZZJONIJIET  TAL-ĠIMGĦA L-KBIRA

Fl-Ewropa x-xeni li jwassluna għall-ikbar festa tal-Knisja huma simili b’karatteristiċi differenti. F’Sevilja fi Spanja jsiru l-purċissjonijiet bir-Redentur b’xemgħat twal erba’ ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment