Il-ftehim tal-Unjoni Ewropea mal-Kanada, magħruf bħala CETA, mistenni jidħol fis-seħħ b’mod proviżorju wara li jkun approvat mill-Parlament Ewropew, probabbli f’Diċembru li ġej. B’kollox, min-naħa Ewropea, 38 parlamenti nazzjonali u reġjonali jridu jirratifikaw il-ftehim tal-UE mal-Kanada qabel ma dan jidħol fis-seħħ b’mod permanenti. X’se jiġri issa li l-UE rnexxielha turi li għandha l-kapaċita` tapprova ftehim ta’ kummerċ u investiment internazzjonali minkejja l-problemi fl-istruttura istituzzjonali tagħha?  Il-Prim Ministru Kanadiż qal li bl-applikazzjoni temporanja tal-ftehim, it-tariffi se jispiċċaw kollha u n-negozjanti Ewropej se jiffrankaw €500 miljun kuljum.

Sadattant Alfred Sant qal fl-ECON li l-ftehim bejn l-UE u l-Kanada dwar il-liġijiet tal-kompetizzjoni ma messux dam 8 snin biex ikun finalizzat u messu kien inkorporat fis-CETA, ‘Dan il-ftehim huwa ċar. Joffri dettalji dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Kanada u dawk tal-Unjoni dwar is-servizzi rispettivi tagħhom. Joffri wkoll informazzjoni dwar attivitajiet li jmorru kontra l-kompetittivita` u li jistgħu jinteressaw liż-żewġ naħat. Il-Kunsill Ewropew kien awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati fuq dan is-suġġett fid-9 ta’ Ottubru 2008.

Dr Sant tkellem bħala ‘Shadow Rapporteur; fuq rapport li għandu l-għan li jtejjeb il-ftehim li sar fl-1999 mal-Kanada, bl-għan li jidħol mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-UE u dawk tal-Kanada. “Għaliex domna daqshekk biex naslu fl-istadju preżenti, meta ma kienx hemm forzi li jopponu n-negozjati? Kien hemm xi diffikultajiet moħbija involuti?” staqsa Dr Sant.

Il-ftehim jinkludi kapitlu dwar l-impenn biex iż-żewġ partijiet isegwu flimkien politika u proċeduri biex jegħlbu miżuri kontra l-kompetittivita`. “Dan il-ftehim u r-ratifikazzjoni tiegħu, huwa koerenti ħafna mas-CETA. Li kieku l-ftehim innifsu ġie ffinalizzat aktar malajr, seta’ ġie integrat fis-CETA u mhux separatament,” irrimarka l-Ewroparlamentari Malti.

Ftehim simili dwar skambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni jeżisti diġa` mal-Isvizzera.

MIKROBU LI QED IKOMPLI JINFIREX

L-Unjoni Ewropea tinsab anzjuża biex il-President il-ġdid Amerikan iserrħilha rasha dwar ir-rimarki li għamel fil-kampanja elettorali. F’ittra konġunta Donald Tusk, ...
Read More

BREXIT M’GĦANDUX IWASSAL GĦAL STAT FEDERALI

It-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea m’għandux jintuża bħala opportunita` biex l-Unjoni Ewropea tersaq lejn stat federali. Minkejja l-iskuntentizza dejjem tinfirex ...
Read More

BARROSO MA KISIRX REGOLI TAL-ETIKA

Barroso ma kisirx l-integrita` u r-regoli tal-kodiċi tal-etika meta aċċetta impjieg kontroversjali mal-Bank ta’ Investiment Goldman Sachs. Hekk iddeċieda il-Kumitat ...
Read More

IL-FTEHIM MAL-KANADA MISTENNI JIDĦOL FIS-SEĦĦ

Il-ftehim tal-Unjoni Ewropea mal-Kanada, magħruf bħala CETA, mistenni jidħol fis-seħħ b’mod proviżorju wara li jkun approvat mill-Parlament Ewropew, probabbli f’Diċembru ...
Read More

IĊ-ĊINA U R-RUSSJA MĦASSBIN DWAR L-AZZAR 

Iċ-Ċina u r-Russja mħassbin dwar l-investigazzjonijiet tal-UE dwar l-azzar importat. Ir-Russja qalet li l-UE qed timponi dazju eċċessiv fuq l-azzar ...
Read More

119 MILJUN RUĦ F’RISKJU TA’ FAQAR FL-EWROPA

In-numru ta’ nies li qegħdin f’riskju ta’ faqar fl-UE naqas u reġa’ niżel għal-livelli ta’ qabel il-kriżi finanzjarja tal-2008. Mill-2009 ...
Read More

L-ITALJA TAĦT IL-PIŻ TAL-IMMIGRANTI U T-TERREMOTI

L-Italja fl-2017 se tonfoq bejn €6.6 u €7 biljun ewro minħabba t-terremoti u l-kriżi tal-immigrazzjoni. Dan qalu l-Ministru tal-Finanzi Taljan ...
Read More

IL-MEDITERRAN PRIJORITA` GĦALL-PRESIDENZA MALTIJA

Il-Presidenza Maltija fil-Kunsill tal-Ewropa se tiffoka fuq il-kwistjonijiet marbuta mal-Mediterran qal il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti George Vella. Malta se tipprova ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment