Bl-elezzjonijiet Ewropej fir-Rebbiegħa tal-2019 wara l-bieb, il-mexxejja tal-UE qablu li jiddiskutu riformi għall-proġett Ewropew – b’mod partikolari fir-rigward ta’ aktar għaqda fiż-żona ewro, il-prospetti finanzjarji wara s-sena 2020 u t-tqassim tal-Parlament Ewropew. Huma qablu wkoll li jagħmlu minn kollox biex is-suġġetti li huma l-aktar kontroversjali, bħar-riforma fil-qasam tal-immigrazzjoni, jimxu ’l quddiem u ma jibqgħux wieqfa.

Dan il-programm ta’ ħidma tlaqqam l-‘Aġenda tal-Mexxejja’. Jirrifletti s-sejħa għall-għaqda wara r-riżultat tar-referendum Britanniku.

Il-President tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea Donald Tusk qal li dan il-metodu ġdid ta’ ħidma huwa aktar dirett u aktar informali u jagħti spazju lill-mexxejja tal-pajjiżi biex jimxu viċin l-ideat ta’ xulxin b’mod kostruttiv.

Il-President Franċiż Macron qabel mal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar tmexxija tal-aġenda bbażata fuq is-sovranita`, l-għaqda u d-demokrazija.

Il-pass li jmiss huwa summit informali f’Gothenburg fis-17 ta’ Novembru.

“F’dan is-summit nixtieq li naqblu fuq l-aġenda soċjali Ewropea, il-pilastru soċjali, id-drittijiet soċjali minimi. Il-mexxejja mhux neċessarjament għandhom jaqblu fuq kollox. Għandna nimxu ’l quddiem u nħallu l-bieb miftuħ”. Jekk nimxu ’l quddiem fuq l-immigrazzjoni, id-difiża, l-enerġija u l-ambjent, is-suq diġitali, l-ekonomija u l-unjoni monetarja, ikollna baġit komuni,” qal Macron.”

Avveniment ieħor importanti din is-sena huwa is-summit taż-żona ewro f’nofs Diċembru. Fil-bidu ta’ Diċembru l-Kummissjoni se tkun qed tagħmel proposti speċifiċi dwar il-Fond Monetarju Ewropew, u proposti oħra relatati mal-munita tal-Ewro u ma’ dawk il-pajjiżi membri li jkunu jridu jingħaqdu fiż-żona monetarja Ewropea. L-għan se jkun li jitniedu t-taħdidiet, sakemm ikun ifformat gvern fil-Ġermanja, biex id-deċiżjonijiet jittieħdu fis-sajf li ġej.

Is-suġġetti l-aktar kontroversjali se jqanqlu sfida. L-Ewropa trid turi li hija aktar magħquda u li qed issolvi l-problemi speċifiċi taċ-ċittadini. Ftehim dwar suġġetti bħall-immigrazzjoni żgur mhux se jkun faċli.

IL-FUTUR TAL-EWROPA –BILANĊ BEJN GĦAQDA U AMBIZZJONI

Bl-elezzjonijiet Ewropej fir-Rebbiegħa tal-2019 wara l-bieb, il-mexxejja tal-UE qablu li jiddiskutu riformi għall-proġett Ewropew – b’mod partikolari fir-rigward ta’ aktar ...
Read More

IS-SOĊJETA` ĊIVILI GĦAWDXIJA GĦANDHA TKUN PROTAGONISTA

Is-soċjeta` ċivili f’Għawdex għandha tkun il-protagonista fid-deċiżjonijiet li jolqtu l-interessi tal-istudenti, il-ħaddiema u l-bdiewa Għawdxin. Is-sehem tal-għaqdiet mhux governattivi Għawdxin ...
Read More

GĦAWDEX KIEN ĦAQQU 31% TAL-FONDI EWROPEJ, MHUX 10%

Għawdex kellu jingħata 31% tal-fondi Ewropej u mhux 10% għax il-fatti juru li Gvern Nazzjonalista kien żbaljat meta qal li ...
Read More

L-UE MHUX SE SSERRAĦ FUQ IL-KONTRIBUZZJONI TAR-RENJU UNIT WARA 2020

Wara l-2020 l-UE ma tistax isserraħ aktar fuq il-kontribuzzjoni tar-Renju Unit. Dan qalu l-Kummissarju għall-Baġit Ewropew Günther Oettinger meta tkellem ...
Read More

IL-PROPOSTI TA’ MACRON GĦALL-ĠGANTI TAL-INTERNET MHUX FL-INTERESS TA’ MALTA                 

Il-proposti tal-President Franċiż Macron għall-ġganti tal-internet li għandhom suq Ewropew se jwasslu għall-armonizzazzjoni tat-taxxa fl-Ewropa. Dan qalu Alfred Sant lil ...
Read More

TITJIB FL-IMPJIEGI U ŻIEDA FIL-PREKARJAT FL-UE

Fl-UE hemm 235 miljun ruħ impjegati, numru ikbar mill-perijodu ta’ qabel il-kriżi finanzjarja tal-2008. Rapport dwar l-iżvilupp tas-suq tax-xogħol fl-Ewropa ...
Read More

IS-SERBJA MISTENNIJA SSIR MEMBRU TAL-UE 

Il-Prim Ministru l-ġdida tas-Serbja Ana Brnabic qalet lill-Parlament Ewropew li pajjiżha mhux viċin ir-Russja kif jaħsbu bosta iżda qalet li ...
Read More

L-UE TRID TAGĦLAQ IR-ROTTA TAL-MEDITERRAN

Il-mexxejja Ewropej qablu li jsaħħu l-azzjonijiet tagħhom fil-Libja u fil-pajjiżi ġirien tagħha biex tingħalaq din ir-rotta għall-immigrazzjoni waqt li jżidu ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment