Fl-2016 se jkun qed jiżvolġi d-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa. Hemm min irid li jibni strutturi aqwa ta’ għaqda, jagħmilha anki Ewropa federali. Hemm min iridha ssir aktar modesta u tagħti lura lill-istati membri t-tmexxija ta’ oqsma ewlenin. Dwar dan tkellem il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament li qal li beħsiebu jkompli jipparteċipa f’dan id-dibattitu, fil-livell tiegħu, bil-għan li jippromwovu l-interessi nazzjonali ta’ Malta.

Dr. Sant qal li d-Delegazzjoni Laburista, fejn kien neċessarju għall-interess nazzjonali, ġieli marret kontra l-linja tal-istess Soċjalisti u Demokratiċi. Xahar wara l-ieħor, kellna l-kriżi fiż-żona tal-ewro kkawżata mill-problemi finanzjarji tal-Greċja.  Kellna t-terroriżmu, b’żewġ attakki kiefra f’Pariġi, li waħħxu lil kulħadd.  Rajna l-fawra tal-immigrazzjoni mill-Afrika u l-Lvant Nofsani lejn l-Ewropa f’żewġ mewġiet, mill-Mediterran ċentrali, imbagħad mit-Turkija. Kellna l-konfront bejn l-Unjoni Ewropea u r-Russja, li għadu għaddej; u l-mistoqsija ta’ x’se jsir mir-Renju Unit, li għad jista’ jitlaq mill-Unjoni.

L-IMMIGRAZZJONI

L-akbar sfida li tidher quddiemna hi dik tal-immigrazzjoni. Soluzzjoni dejjiema u ġusta tista’ tinstab biss fuq bażi Ewropea. Trid tirrispetta l-valuri Ewropej favur il-ħniena u l-għoti ta’ kenn lill-ippersegwitati, waqt li tirrispetta wkoll ix-xewqat leġittimi tal-komunitajiet biex ma jitgħabbewx b’piżijiet finanzjarji u soċjali eċċessivi. Fil-Parlament Ewropew għas-sena l-ġdida se nkun qed nagħti sehmi biex jintlaħaq dan il-għan.

Dwar it-theddida tat-terroriżmu, Dr. Sant qal li l-Parlament Ewropew iġorr responsabbiltajiet partikolari. F’dal-qasam, fir-rispett tan-newtralità ta’ Malta u tad-drittijiet tal-bniedem, se jkun lest jappoġġja kull miżura li ssaħħaħ is-sigurtà ġenerali taċ-ċittadini Ewropej kollha.

ONE SIZE FITS ALL

It-tendenza fit-tmexxija Ewropea hi li jiġu addottati miżuri li jpoġġu lil kulħadd fl-istess kejl. Dan iwassal biex pajjiżi u reġjuni żgħar jew iżolati jispiċċaw fi żvantaġġ imqabbla ma’ ħaddieħor. Hekk qed jiġri fil-każ ta’ Għawdex, u ta’ setturi importanti għalina bħall-manifattura, it-trasport, speċjalment l-Air Malta, il-biedja, is-sajd u dalwaqt, it-tassazzjoni. Personalment, se nkun viġilanti f’ħidma biex jitrażżnu miżuri Ewropej ta’ one size fits all.

Irridu nħarsu wkoll lejn l-opportunitajiet ġodda.  Fl-Ewropa qed titħejja politika ġdida diġitali,  jiġifieri għal dak kollu li jitwettaq bil-kompjuters u l-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni. Fil-livell tal-Parlament Ewropew, l-għan tiegħi se jkun dak li nappoġġja kull inizjattiva favur l-iżvilupp tal-ekonomija diġitali biex noħolqu opportunitajiet għaż-żgħażagħ tagħna.

Tista’ ssegwi l-messaġġ ta’ Dr Sant fuq din il-link:

IL-FUTUR TAL-EWROPA

Fl-2016 se jkun qed jiżvolġi d-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa. Hemm min irid li jibni strutturi aqwa ta’ għaqda, jagħmilha anki ...
Read More

L-IMMIGRAZZJONI FUQ FOMM KULĦADD

Fl-aħħar summit il-mexxejja Ewropej iffukaw fuq il-kriżi tal-immigrazzjoni u fuq il-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE. Huma insistew li jsiru kontrolli sistematiċi ...
Read More

IT-TURKIJA TKOMPLI RIESQA

It-Turkija għadha kemm fetħet il-kapitlu dwar l-ekonomija u l-politika monetarja fin-negozjati tagħha biex issir membru tal-Unjoni Ewropea. Dan il-kapitlu jitkellem ...
Read More

IL-GRIEGI JRAQQDU L-IMMIGRANTI MAGĦHOM

Il-Greċja se żżid il-postijiet biex fihom joqogħdu l-immigranti permezz ta’ programm ta’ sussidji biex l-immigranti joqogħdu fi djar privati. Dan ...
Read More

GĦAWDEX: SE JIBQA’ IŻOLAT?

Membri tal-Kunsill tal-‘Gozo Business Chamber’ qablu li jipprovdu lill-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant, eżempji konkreti ta’ mekkaniżmi li ma jaqblux ...
Read More

GĦAWDEX: QUO VADIS IŻ-ŻGĦAŻAGĦ?

L-Ewroparlamentari Malti Alfred Sant qal lill-Kunsill tal-‘Grupp Universitarju Għawdxi (GUG) li Għawdex jista’ jibbenefika minn ekonomija diġitali b’saħħitha. Dr Sant, ...
Read More

GĦAWDEX: ’IL FEJN IT-TURIŻMU?

It-turiżmu f’Għawdex sejjer tajjeb imma hemm bżonn ta’ aktar informazzjoni dwar kif qed jevolvi dan is-settur. Dan kien il-punt ċentrali ...
Read More

‘DEJJEM RIDT RELAZZJONIJIET SPEĊJALI MAL-UE’

Matul l-aħħar għaxar snin dawk is-setturi li f’Malta marru tajjeb ħafna, speċjalment is-servizzi finanzjarji, it-turiżmu u l-igaming, ftit li xejn ...
Read More

JIŻDIEDU L-IMPJIEGI

L-għadd ta’ impjiegi żdiedu bi 0.3% fiż-żona Ewro u bi 0.4% fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fit-tielet kwart tal-2015, meta mqabbel mat-tieni ...
Read More

TIŻDIED IL-POPOLAZZJONI

It-total tal-popolazzjoni fl-Unjoni Ewropea hija 508, 940, 955 ruħ. Il-Ġermanja għandha 15.93% mit-total tal-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea, Franza (13.04%), ir-Renju Unit ...
Read More

X’INHU L-FRONTEX?

Il-Frontex tikkoordina t-tmexxija tal-fruntieri tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea fid-dawl tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Din l-aġenzija tgħin lil awtoritajiet tal-fruntieri tal-istati membri ...
Read More

DRAWWIET L-EWWEL TAS-SENA

Fl-ewwel ta’ Jannar madwar il-bliet Ewropej jispikkaw tradizzjonijiet pjaċevoli li jawguraw bidu ta’ sena mill-aqwa. Fl-Ingilterra, fiċ-ċentru ta’ Londra, fl-ewwel ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment