Il-Ġermanja trid tinnegozja mal-Italja u l-Greċja biex jinbagħtu lura l-immigranti li għamlu talba tal-ażil f’dawn iż-żewġ pajjiżi.

“Dawk li applikaw għall-ażil fl-Italja u l-Greċja u li jinqabdu fil-fruntiera bejn il-Ġermanja u l-Awstrija se jintbagħtu f’ċentri ta’ transitu biex jittieħdu lura f’Ruma u Ateni,” qal Il-Ministru tal-Intern Ġermaniż Horst Seehofer li qed jistenna negozjati “diffiċli” mal-Italja u l-Greċja.

Seehofer qal li jekk dawn id-diskussjonijiet ma jirnexxux, it-tliet stati membri jeħtieġu miżuri ġodda kontra l-immigrazzjoni illegali. Dawk l-immigranti li ma għamlux talba għal ażil u baqgħu sejrin lejn l-Ewropa ta’ fuq mhux se jintlaqtu minn dawn id-deċiżjonijiet.

Seehofer imexxi l-Partit Ġermaniż CSU tal-Bavarja, li hu partit sħab u tal-istess familja tal-Kanċilliera Angela Merkel.  Dan l-aħħar qed jagħfas lil Kanċilliera Ġermaniża dwar l-immigrazzjoni.

Il-Kanċillier tal-Awstrija Sebastian Kurz jaqbel ma’ Seehofer. L-Awstrija mhux se tintlaqat u mhux se jingħalqu fruntieri fin-naħa t’isfel ta’ dan il-pajjiż li setgħu jaffettwaw il-moviment ħieles taż-żona Schengen.

Il-Prim Ministru tal-Ungerija, Victor Orbán qal li pajjiżu mhux se jħalli immigranti jidħlu fit-territorju Ungeriż. Seehofer qal li l-Ġermanja mhux se tibgħat immigranti lejn l-Ungerija għax aktarx li dawn l-immigranti jkunu trasferiti lejn il-Greċja fejn għamlu t-talba tal-ażil.

Ma ħarġet ebda statistika uffiċċjali dwar in-numru ta’ immigranti li se jkunu trasferiti.

Id-diskussjonijiet informali bejn il-Ministri tal-Intern se jitkomplew f’Innsbruck fi tmiem din il-ġimgħa. Iżda l-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini diġa`  għamilha ċara li mhux se jieħu immigranti, la mill-Ġermanja u l-anqas mill-Awstrija.

FL-INTERESS TA’ MALTA LI TINSTAB SOLUZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret id-disposizzjoni tagħha li tkompli bin-negozjati tal-Brexit tul l-24 siegħa ta’ kull ġurnata li fadal sat-tmiem in-negozjati għall-ħruġ ...
Read More

L-AKBAR SFIDA GĦALL-PRESIDENZA AWSTRIJAKA

L-ikbar sfida għal Presidenza Awstrijaka tal-UE se tkun dik li tnaqqas id-differenzi bejn l-Istati Membri u fl-istess waqt iżżomm koerenza ...
Read More

IL-ĠERMANJA TRID TIBGĦAT IMMIGRANTI LURA L-GREĊJA U L-ITALJA

Il-Ġermanja trid tinnegozja mal-Italja u l-Greċja biex jinbagħtu lura l-immigranti li għamlu talba tal-ażil f’dawn iż-żewġ pajjiżi. “Dawk li applikaw ...
Read More

ESTIŻI S-SANZJONIJIET RUSSI

Il-Kunsill tal-UE estenda b’sitt xhur is-sanzjonijiet ekonomiċi kontra r-Russja relatati mal-kunflitt tal-Lvant tal-Ukraina. Is-sanzjonijiet se jibqgħu fis-seħħ sal-31 ta’ Jannar ...
Read More

PROPOSTI ĠODDA GĦALL-ĦARSIEN TAL-FRUNTIERI EWROPEJ

F’Settembru l-Kummissjoni Ewropea se tippreżenta miżuri ġodda għal ħarsien aħjar tal-fruntieri tal-UE wara li l-mexxejja tal-pajjiżi fil-Kunsill tal-UE qablu li ...
Read More

IKOMPLU JIXTRU Ż-ŻEJT IRANJAN

Ir-Rappreżentanta Għolja tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogerini, flimkien mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Ġermanja, Franza, Renju Unit, Ċina u Russja wegħdu li ...
Read More

JITOLBU KJARIFIKI DWAR L-ISTRATEĠIJA DIĠITALI EWROPEA

Alfred Sant ingħaqad ma’ tliet MEPs mill-Ġermanja, Franza u l-Finlandja biex talbu lill-Kummissjoni Ewropea tiċċara l-pożizzjoni tagħha dwar l-Istrateġija Diġitali ...
Read More

IĊ-ĊINA TRID EWROPA EKONOMIKAMENT B’SAĦĦITHA

Iċ-Ċina hija miftuħa għal kummerċ ma’ msieħba barranin u tibbenefika minn Ewropa b’ekonomija b’saħħitha, qal il-mexxej Ċiniż Li Keqiang li ...
Read More

 

Facebook Comments

Post a comment