Il-Ġermanja u l-Awstrija talbu estensjoni ta’ sitt xhur oħra għat-tkomplija tal-kontrolli fuq il-fruntieri tagħhom.  Fit-12 ta’ Mejju  il-Ġermanja, l-Awstrija, L-Isvezja, id-Danimarka u n-Norveġja – kollha stati tax-Schengen – kisbu l-permess tal-Kummissjoni biex iwettqu kontrolli fuq il-fruntieri tagħhom minħabba d-dħul ta’ immigranti illegali, anki wara li ngħalqet ir-rotta tal-Balkani. Skont il-kodiċi tat-tmexxija tax-Schengen,  dawn il-kontrolli kellhom isiru għal żmien sitt xhur. Il-Kummissjoni qalet li dan il-permess ingħata minħabba s-sitwazzjoni fil-Greċja. Issa l-perijodu ta’ sitt xhur jispiċċa f’Novembru.

Il-Ministru tal-Intern Awstrijakk Wolfgang Sobotka qal li hemm 50, 000 immigrant fil-Greċja u aktar immigranti fil-Balkani. Għalhekk jemmen li hemm bżonn kontrolli fuq il-fruntieri, inkella pajjiżu jieħu miżuri oħra.

Il-Kummissjoni qalet li ma ntlaħqux il-kondizzjonijiet kollha biex ix-Schengen taħdem b’mod normali. Għalhekk mistennija li tiġġustifika u taċċetta dawn il-kontrolli. Dan minkejja li Franza tixtieq normalizzazzjoni tas-sistema tax-Schengen u s-Slovenja qed tikkritika dawn it-tip ta’ miżuri.

SFIDI ĠODDA GĦALL-EWROPA

Il-Kapijiet tal-istati membri tal-UE fi tmiem din il-ġimgħa jiltaqgħu fi Brussell għas-Summit Ewropew. Dan is-Summit mistenni jkun iddominat mill-politika tal-kummerċ ...
Read More

 L-IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI TAL-BREXIT GĦANDHOM IKUNU SPJEGATI

Alfred Sant talab lill-istituzzjonijiet Ewropej li huma involuti fin-negozjati dwar il-BREXIT, biex ikunu ċari kemm jistgħu lejn iċ-ċittadini Ewropej dwar ...
Read More

REAZZJONIJIET KONTRASTANTI GĦALL-BREXIT

Qed ikun hemm reazzjonijiet kontrastanti mis-setturi tal-kummerċ madwar id-dinja dwar l-effetti tal-BREXIT. Il-prospett li r-Renju Unit  joħroġ mill-Unjoni Ewropea qed ...
Read More

IL-ĠERMANJA U L-AWSTRIJA JESTENDU L-KONTROLLI FUQ IL-FRUNTIERI

Il-Ġermanja u l-Awstrija talbu estensjoni ta’ sitt xhur oħra għat-tkomplija tal-kontrolli fuq il-fruntieri tagħhom.  Fit-12 ta’ Mejju  il-Ġermanja, l-Awstrija, L-Isvezja, ...
Read More

APPROVAT RAPPORT TA’ ALFRED SANT DWAR PRIJORITAJIET EKONOMIĊI TAL-UE

Rapport dwar il-prijoritajiet ekonomiċi tal-UE għas-sena 2017 u ppreżentat mill-Ewroparlamentari Alfred Sant ġie approvat mill-Kumitat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew ...
Read More

L-EWROPA BŻONN RIFORMI LI JINKORAĠĠIXXU L-INVESTIMENTI

Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali Franċiż François Villeroy de Galhau qal li l-Ewropa għandha bżonn riformi li jinkoraġġixxu l-investimenti u saħaq li ...
Read More

MHUX KULL PAJJIŻ QED IŻOMM ID-DETTALJI TAL-PASSIĠĠIERI MIL-LINJI TAL-AJRU

Numru ta’ stati membri għadhom ma implimentawx pjan fejn il-linji tal-ajru jkunu mitluba jżommu dettalji dwar passiġġieri li jtiru magħhom ...
Read More

B’€1 IL-PARLAMENT EWROPEW JAKKWISTA MUŻEW

Il-Parlament Ewropew beda jikri binja li kienet id-dar tal-artist Belġjan Antoine Wiertz għal prezz simboliku ta’ €1. Il-binja, li saret ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment