Il-Kummissarju tad-drittijiet tal-bniedem tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa Nils Muiznieks qal li l-ġrajjiet fi Franza u fl-Ukraina fl-2015 u fit-Turkija fl-2016 iggravaw il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-integrazzjoni. Muiznieks qal li fit-Turkija d-drittijiet tal-bniedem sejrin għall-agħar mhux biss minħabba l-istat ta’ emerġenza iżda wkoll minħabba l-miżuri ta’ kontra t-terroriżmu, il-qagħda tal-liberta` tal-espressjoni u l-istat tax-xandir fil-pajjiż.
Il-Kummissarju qal li l-immigrazzjoni fl-2016 kienet fix-xena l-ħin kollu u ddeplora l-inizjattivi li ttieħdu u li ma mxewx mal-liġi dwar l-ażil. Hu qal li inizjattivi nazzjonali u anki Ewropej bħal ftehim bejn l-UE u t-Turkija huma problematiċi ħafna.
L-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa hija organizzazzjoni internazzjonali indipendenti mill-UE. L-għan tagħha huwa li tħares id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-liġi tad-dritt fl-Ewropa kif ukoll li tippromwovi l-kultura Ewropea. Il-Kunsill twaqqaf fl-1949, għandu 47 stat membru u jopera b’baġit annwali ta’ nofs biljun ewro.
JIDDEĊIEDU POST FRANZA FL-UE
Read More
L-UE FAVUR DJALOGU MAT-TURKIJA
Read More
IS-27 LESTI GĦAN-NEGOZJATI TAL-BREXIT
Read More
ID-DIVALWAZZJONI INTERNA TEFFETTWA ĦAŻIN IL-KOEŻJONI SOĊJALI
Read More
IL-ĠRAJJIET FI FRANZA, L-UKRAINA U T-TURKIJA JIGGRAVAW IL-KSUR TAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM
Read More
AKTAR JEW ANQAS EWROPA SOĊJALI?
Read More
L-UE TAGĦTI L-AŻIL LIL 700,000 IMMIGRANT FL-2016
Read More
L-EWROPEJ FAVUR L-GĦAJNUNA UMANITARJA
Read More
Post a comment