Il-gwerra tar-Russja fuq l-Ukrajna qiegħda u se tkun qed twassal għal spejjeż ogħla tal-enerġija u prezzijiet tal-ikel ogħla, impatti fiskali negattivi, attakki ċibernetiċi u tfixkil fil-ktajjen tal-provvista. Minn dan toħroġ il-ħtieġa għal aktar koordinazzjoni bejn l-Istati Membri għall-pjanijiet ta’ appoġġ nazzjonali, qal Alfred Sant fil-Parlament Ewropew.

Waqt li kien qed jindirizza s-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew dwar il-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi għall-Unjoni Ewropea tal-gwerra Russa fl-Ukrajna, Alfred Sant stqarr li l-effetti sekondarji tal-gwerra jistgħu jimminaw l-istabbiltà soċjali u finanzjarja fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri għall-pjanijiet ta’ appoġġ nazzjonali se tkun ta’ importanza kbira. L-Unjoni Ewropea jista’ jkollha rwol vitali b’xiri komuni biex tikseb prezzijiet li huma aktar vantaġġużi mingħand il-fornituri. L-eks Prim Ministru Malti enfasizza li l-mudell li qed jiġi diskuss fil-każ tal-gass u l-idroġenu li għandu jiddaħħal fis-seħħ biex jipproteġi lill-konsumaturi miż-żieda fil-prezzijiet jista’ jiġi estiż għall-ikel ukoll.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Ursula von der Leyen, ippreżentat is-sitt pakkett ta’ sanzjonijiet kontra r-Russja, b’ritaljazzjoni għall-gwerra fl-Ukrajna, lill-Parlament Ewropew. Dan ser ikun qed jinkludi projbizzjoni fuq l-importazzjoni taż-żejt Russu kollu trasportat bil-baħar jew bil-pipeline, kemm mhux raffinat kif ukoll raffinat.

L-Ewroparlamentari Laburista Sant stqarr li kemm ir-Russja kif ukoll l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għadhom mhux qed jesperjenzaw il-piż sħiħ tas-sanzjonijiet u l-isfida għall-pajjiżi Ewropej hija li jippreparaw għat-taqlib li ġej. Billi jiġġieldu l-invażjoni tal-Ukrajna b’sanzjonijiet ekonomiċi, l-Istati Membri Ewropej ma setgħux jistennew li jirnexxu fi żmien qasir minħabba li r-Russja lesta ġġorr tnaqqis ta’ 20% fid-dħul nazzjonali jew saħansitra aktar.

Alfred Sant sostna li filwaqt li l-pajjiżi Ewropej se jfittxu li jtaffu x-xokkijiet li tqajjem il-gwerra, b’mod partikolari, fuq strati tal-popolazzjoni li għandhom dħul baxx, dawn il-pajjiżi għandhom jiżguraw ukoll li dawk li sejjaħ ostakli tas-suq ħieles ma jċajprux l-interventi tagħhom.


The war in Ukraine could undermine social and financial stability in the European Union – Alfred Sant

Russia’s war on Ukraine is and will be triggering higher energy costs and higher food prices, negative fiscal impacts, cyber-attacks and disruptions of supply chains. From this arises the need for more coordination between Member States of national support plans, Alfred Sant has said in the European Parliament.

Addressing the plenary session of the European Parliament on the social and economic consequences for the European Union of the Russian war in Ukraine, Alfred Sant stated that second-round effects of the war could undermine social and financial stability in the European Union. Hence, coordination between Member States of national support plans will be of paramount importance. The European Union can play a vital role with common purchases to obtain prices that are more advantageous from suppliers. The former Maltese Prime Minister emphasized that the model being discussed in the case of gas and hydrogen put in place to shield consumers from rising prices could be extended to food too.

The President of the European Commission, Ursula von der Leyen, presented the sixth package of sanctions against Russia, in retaliation for the war in Ukraine, to the European Parliament. This would include an import ban on all Russian oil transported by sea or pipeline, both crude and refined.

Labour MEP Sant stated that both Russia and European Union Member States are still not experiencing the full brunt of the sanctions and the challenge for European countries is to prepare for the turmoil ahead. By countering the Ukraine invasion with economic sanctions, European Member States could not expect to succeed in the short run because Russia is prepared to bear a 20% decline in national income or even more.

Alfred Sant argued that while European countries will seek to cushion the shocks brought up by the war, in particular, on low income strata of their population, these countries should also ensure that what he called free market hang-ups do not blur their interventions.

_0003_ukrainewar

Il-gwerra fl-Ukrajna tista’ timmina l-istabbiltà soċjali u finanzjarja fl-Unjoni Ewropea – Alfred Sant

Il-gwerra tar-Russja fuq l-Ukrajna qiegħda u se tkun qed twassal għal spejjeż ogħla tal-enerġija u prezzijiet tal-ikel ogħla, impatti fiskali ...
Read More
_0002_airtraffic control

Reġjuni remoti u periferiċi se jiġu penalizzati mill-miżuri tad-Direttiva Ewropea tat-Tassazzjoni

L-eks Prim Ministru u Kap tad-Delegazzjoni Maltija tal-Partit Laburista tas-S&D Alfred Sant saħaq li l-proposta li jiġu introdotti taxxi ġodda ...
Read More
_0001_link eu

Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-istat għandhom iqisu l-ħtiġijiet ta’ konnettività tal-gżejjer u r-reġjuni remoti tal-Ewropa

Fuq inizjattiva tal-MPE Alfred Sant, il-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi (S&D) fil-Parlament Ewropew ressaq emenda fil-plenarja li titlob lill-Kummissjoni Ewropea tagħti ...
Read More
_0000_voting eu

Alfred Sant jivvota kontra proposti għal regoli ġodda tal-elezzjonijiet Ewropej

L-eks Prim Ministru u l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Grupp Soċjalista u Demokratiku (S&D) Alfred Sant enfasizza li l-isfidi li qed ...
Read More