L-MEP Laburista Alfred Sant esprima l-appoġġ tiegħu għall-ħidma agrarja ta’ familja tal-bdiewa minn Ħad-Dingli li jaħdmu art agrikola fil-wied tar-raħal tagħhom biex joffru prodotti ġenwini tal-biedja Maltija. Dr Sant qal dan meta żar ‘Diar il-Bniet’ f’Ħad Dingli, restorant tal-familja li jispeċjalizza fil-kċina tradizzjonali f’Ħad-Dingli. Dil-familja tipproduċi ġbejniet, għasel, ġulepp fost prodotti agrikoli oħra u toffri tours fl-għelieqi tagħha għall-merħliet tan-nagħaġ u l-produzzjoni tal-ġbejniet u tad-dwieli u l-produzzjoni tal-inbejjed.

“ ‘Diar il-Bniet’ qed turi waħda mit-toroq li rridu nieħdu biex ma nħallux lill-biedja Maltija tkompli tinqered, kif beda jiġri kemm ilna fl-Unjoni Ewropea. Jixirqilha kull appoġġ. Ikun tajjeb jekk ikollna oħrajn bħalha.” qal Alfred Sant.

Is-Sur Darren Mifsud, Direttur, qal lil Dr Sant li ‘Diar il-Bniet’ hija kburija li tuża l-prodotti agrikoli tagħha li jinqatgħu mill-għelieqi tal-familja f’Ħad-Dingli. L-għelieqi jinsabu fuq medda kbira ta’ raba’ miksija b’ħamrija sabiħa li tiġi maħduma u ikkultivata. Il-ħamrija tipproduċi għadd differenti ta’ frott u ħaxix li jitħawlu skont l-istaġun tagħhom.

‘Diar il-Bniet’ timpjega 20 persuna f’dal-qasam.

NIDDEFENDU LIŻ-ŻGĦIR FIL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Partit Laburista se jibqa’ jiddefendi liż-żgħir fil-Parlament Ewropew. Dan qalu l-MEP Alfred Sant, waqt li saħaq li d-deċiżjonijiet meħuda fl-Unjoni ...
Read More

L-ISTATI UNITI U L-EWROPA MA JAQBLUX DWAR L-IRAN

IL-Viċi President tal-Istati Uniti Mike Pence saħaq li l-pajjiżi Ewropej għandhom jimitaw lil pajjiżu u jirtiraw mill-ftehim nukleari tal-2015 mal-Iran ...
Read More

NEGOZJU TAŻ-ŻEJT BL-EWRO

L-Unjoni Ewropea laqqgħet grupp tal-ġganti Ewropej tal-enerġija bħal OMV, Eni, Fluxys u Engie bil-għan li l-ewro tieħu post id-dollaru Amerikan ...
Read More

ELEZZJONI QABEL IŻ-ŻMIEN GĦAL SPANJA

Il-Prim Ministru Spanjol Pedro Sánchez ħabbar elezzjoni bikrija fit-28 ta’ April, 9 xhur biss minn mindu sar Prim Ministru, wara li ma ...
Read More

IL-ĦIDMA AGRARJA JIXIRQILHA KULL APPOĠĠ

L-MEP Laburista Alfred Sant esprima l-appoġġ tiegħu għall-ħidma agrarja ta’ familja tal-bdiewa minn Ħad-Dingli li jaħdmu art agrikola fil-wied tar-raħal ...
Read More

IL-QGĦAD FI FRANZA JMISS IL-QIEGĦ

Il-qgħad fi Franza niżel fl-inqas livelli mill-2009 lil hawn. Dan minkejja d-dimostrazzjonijiet ta’ dawk imlaqqma bħala tal-'ġakketta safra' u minkejja ...
Read More

DAQSHEKK PRODUZZJONI TAL-AIRBUS

Airbus ħabbret li sal-2021 tkun waqfet il-produzzjoni tal-A380 , l-ikbar ajruplan tal-passiġġieri. Dan wara li l-linja tal-ajru Emirates naqqset il-flotta ...
Read More

L-ARABJA SAWDIJA FIL-LISTA S-SEWDA

Il-Kummissjoni Ewropea żiedet l-Arabja Sawdija fil-lista s-sewda minħabba r-rifjut tagħha li twaqqaf il-finanzjament tat-terroriżmu u l-ħasil tal-flus. Entitajiet Ewropej li ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment