Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat lista tal-isfidi ekonomiċi ewlenin li qed jaffaċċjaw l-istati membri tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Greċja. Il-Kummissjoni nnotat progress fir-riformi fis-settur finanzjarju u fil-qasam tax-xogħol u fit-titjib fil-finanzi pubbliċi nazzjonali. Il-Kummissjoni nnotat li għad hemm xogħol xi jsir fis-settur bankarju speċjalment minħabba self li mhux irendi.
Għalkemm l-ekonomija qed turi sinjali pożittivi, mhux qed jirnexxielha tnaqqas l-inugwaljanzi soċjal-ekonomiċi, kemm fi ħdan il-pajjiżi membri u kemm bejn l-istati membri. Tnaqqis fl-inugwaljanzi soċjali huwa ta’ benefiċċju, mhux biss mil-lat soċjali iżda wkoll mil-lat ekonomiku. Dan għaliex jgħin biex jagħmel l-ekonomija aktar reżistenti għax-xokkijiet, qalet il-Kummissarju tal-Impjiegi u Affarijiet Soċjali Marianne Thyssen – naqas il-qgħad u żdiedu l-impjiegi, b’242 miljun ruħ jaħdmu fl-Ewropa.
L-Għaqda tat-Trade Unions Ewropej qalet li biex iċ-ċittadini kollha jgawdu mit-titjib ekonomiku, hemm bżonn ta’ aktar investiment pubbliku u żjieda fil-pagi fl-UE kollha.

X’SE JGĦIDU F’RUMA GĦALL-PROPOSTI TA’ VERSAILLES?
Read More

IRIDU EWROPA AĦJAR
Read More

IL-PASSAT RIĊENTI VITALI GĦALL-FUTUR
Read More

IL-KE TANALIZZA L-ISFIDI EKONOMIĊI TAS-27 STAT MEMBRU
Read More

IS-SOVRANITA` FIT-TASSAZZJONI TRID TKUN IMĦARSA
Read More

JINTBAGĦTU LURA PAJJIŻHOM
Read More

SAJJIEDA MALTIN IMĦASSBA BIL-KWOTI TAL-PIXXISPAD
Read More

AKTAR KONTROLLI MAL-FRUNTIERI
Read More
Post a comment