Il-Kummissarju tal-Ekonomija u l-Finanzi Pierre Moscovici ippreżenta l-isfidi li se taffaċċja ż-żona ewro fix-xhur li ġejjin. Moscovici esprima ruħu b’mod pożittiv dwar il-qagħda taż-żona ewro u saħaq li t-tkabbir għal din is-sena jista’ jaqbeż it-2%.  Tkellem b’mod pożittiv ukoll dwar il-kuntesti politiċi Ewropej fejn il-partiti hekk imsejħa populisti qal li ġarrbu ħafna telfiet f’dawn l-aħħar xhur.

Kif tenna l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker, Moscovici qal li din is-sitwazzjoni favorevoli tiftaħ ħafna opportunitajiet biex tissaħħaħ iż-żona ewro. Il-Kummissarju Moscovici qal li hija l-vokazzjoni tal-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea li jaddottaw l-ewro. Qal ukoll li l-konverġenza fi ħdan iż-żona ewro hija bżonnjuża.

Il-Kummissarju saħaq li ż-żona ewro għandu jkollha l-baġit tagħha kif ukoll Ministru tal-Finanzi u tal-Ekonomija. Għalkemm dawn ir-riformi mhux se jsiru mil-lum għall-għada, Moscovici esprima x-xewqa li d-diskussjoni u l-pjanijiet ikomplu fix-xhur li ġejjin

 

L-ISTESS ŻARBUN GĦAL MALTA

Alfred Sant talab formalment lill-Kummissjoni Ewropea biex tikkonsidra li ttawwal iż-żmien tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Assigurazzjoni bi tnax-il xahar, skont ix-xewqa tal-industrija ...
Read More

L-EWWEL INTOPPI GĦALL-FUTUR TAL-EWROPA

Fil-Ġermanja l-proċess għal formazzjoni ta’ koalizzjoni jaf jieħu x-xhur. Il-partiti ż-żgħar li magħhom se jkollha taħdem Angela Merkel għandhom ideat ...
Read More

IL-KATALONJA FIL-LIMBU

Ir-relazzjonijiet komplikati ta’ Spanja mal-Katalonja komplew sejrin fil-limbu hekk kif il-mexxej Katalan Carles Puigdemont ħabbar li l-Katalonja se tiddikjara l-indipendenza ...
Read More

MITT NEGOZJU BRITANNIKU JITOLBU TRANŻIZZJONI SA TLIET SNIN WARA L-BREXIT

Aktar minn mitt negozju attiv fir-Renju Unit, li jirrappreżentaw aktar minn 500, 000 impjieg fir-Renju Unit u aktar minn 600, ...
Read More

L-EWWEL KONKLUŻJONIJIET DWAR IT-TURKIJA GĦAL NOFS OTTUBRU

L-ewwel konklużjonijiet dwar is-sħubija tat-Turkija fl-UE mistennija joħorġu wara s-summit tal-mexxejja tal-istati membri tal-Kunsill tal-UE f’nofs Ottubru. Id-dibattitu dwar it-Turkija ...
Read More

BUDAPEST TWIEGĦED BATTALJA POLITIKA U LEGALI

L-Ungerija qalet li se tirrispetta d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea dwar il-kwoti obbligatorji tal-immigranti iżda se tiġġieled din it-tip ta’ politika ...
Read More

TIBDIL FIR-REGOLI TAX-SCHENGEN

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li se tadatta r-regoli tal-Kodiċi tax-Schengen biex iwieġbu aħjar għat-theddid dwar is-sigurta` li qed jaffaċċjaw numru ta’ ...
Read More

IL-KE TRID ISSAĦĦAĦ IŻ-ŻONA EWRO

Il-Kummissarju tal-Ekonomija u l-Finanzi Pierre Moscovici ippreżenta l-isfidi li se taffaċċja ż-żona ewro fix-xhur li ġejjin. Moscovici esprima ruħu b’mod ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment