Fil-plenarja tal-Parlament Ewropew waqt id-dibattitu dwar riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-bidu tal-implimentazzjoni tal-perjodu tal-Politika ta’ Koeżjoni 2021-2027 Alfred Sant appella biex l-Unjoni Ewropea ma tinsiex l-għanijiet oriġinali tagħha. Huwa enfasizza li l-kisba ta’ konverġenza u koeżjoni soċjo-ekonomika bejn l-Istati Membri u r-reġjuni għandha titqies bħala prijorità ewlenija.

Fuq il-bażi ta’ dawn l-għanijiet, l-inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi bejn ir-reġjuni differenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jitnaqqsu. L-eks Prim Ministru Sant wissa li l-abbandun ta’ miri fundamentali bħal dawn jista’ jwassal għal aktar diverġenza u possibilment diżintegrazzjoni Ewropea.

L-Unjoni Ewropea allokat €392 biljun għall-politika ta’ koeżjoni li se jintużaw fuq medda ta’ seba’ snin bejn l-2021 u l-2027. Wieħed mill-għanijiet ġenerali tal-Politika ta’ Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea huwa li tikkonsolida l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Ewropa. Dan jinkludi l-kompitu li jiġu korretti l-iżbilanċi bejn il-pajjiżi u r-reġjuni. Barra minn hekk, għan ieħor huwa li jitwettqu l-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea, jiġifieri t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali.

L-Ewroparlamentari Laburista Sant wissa li bi prijoritajiet ġodda ta’ finanzjament, f’ħafna każijiet il-koeżjoni kienet qed tirriskja li tingħata l-ġenb. Dan huwa evidenti pereżempju meta niġu għall-prijoritizzazzjoni tal-awtoritajiet tal-Istati Membri fl-assorbiment tal-fondi tal-Unjoni Ewropea.

Sant irrimarka li r-Riżoluzzjoni bir-raġun tqajjem numru ta’ kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-programm ta’ finanzjament attwali ddedikat għas-settur. Huwa qabel bil-qawwa li t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jeħtieġ li jimxu id f’id mal-proġetti ta’ koeżjoni. Barra minn hekk, saħaq li l-istess għandu japplika fejn tidħol il-prijoritizzazzjoni li l-awtoritajiet tal-Unjoni Ewropea qed jagħtu lill-fondi fi ħdan il-Faċilità ta’ Rkupru u Reżiljenza li twaqqfet biex tgħin lill-Istati Membri jiġġieldu l-effetti negattivi tal-pandemija tal-Covid-19.


Achieving socio-economic convergence and further cohesion must be Europe’s overriding priority – Alfred Sant

At the plenary of the European Parliament during the debate about a European Parliament resolution on the start of the implementation of the 2021-2027 Cohesion Policy period Alfred Sant called for the European Union not to forget its original objectives. He emphasized that the achievement of socio-economic convergence and cohesion between Member States and regions should be considered as overriding priority.

On the basis of these goals social and economic inequalities between different regions of the European Union stand to be diminished. Former Prime Minister Sant warned that abandoning such fundamental goals might lead to further divergence and possibly European disintegration.

The European Union has allocated €392 billion for cohesion policy which will be used over a span of seven years between 2021 and 2027. One of the overarching aims of the European Union Cohesion Policy is to consolidate economic, social and territorial cohesion in Europe. This includes the task of correcting imbalances between countries and regions. Besides, one other objective is to deliver on the European Union’s political priorities, namely the green and digital transition.

Labour MEP Sant warned that with newly arising funding priorities, in many instances cohesion risked being shifted to the backburner. This is evident for instance when it comes to the prioritisation of Member States authorities in absorbing European Union funding.

Sant pointed out that the resolution rightly raises a number of issues related to the implementation of the current funding programme dedicated to the sector. He strongly agreed that the green and digital transitions need to go hand in hand with the cohesion projects. Furthermore, he stressed that the same should apply when it comes to the prioritisation that European Union authorities are giving to funds within the Recovery and Resilience Facility that has been set up to help Member States counter the negative effects of the Covid-19 pandemic.

 

Il-kisba ta’ konverġenza soċjo-ekonomika u aktar koeżjoni għandha tkun il-prijorità ewlenija tal-Ewropa – Alfred Sant

Fil-plenarja tal-Parlament Ewropew waqt id-dibattitu dwar riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-bidu tal-implimentazzjoni tal-perjodu tal-Politika ta’ Koeżjoni 2021-2027 Alfred Sant appella ...
Read More

Sant jappella għal qafas li jiżgura l-aċċess għall-mediċini f’pajjiżi żgħar u f’pajjiżi li jinsabu fiż-żoni periferali

L-eks Prim Ministru Alfred Sant esprima appoġġ għal abbozz ta’ riżoluzzjoni leġiżlattiva biex jiġi żgurat l-aċċess kontinwu għal prodotti mediċinali ...
Read More

Sant iwissi li s-sanzjonijiet kontra r-Russja m’għandhomx jispiċċaw iweġġgħu lill-Ewropa aktar mir-Russja

F’intervent li għamel waqt skambju ta’ fehmiet dwar l-aħħar żviluppi tal-gwerra kontra l-Ukrajna, Alfred Sant wissa li fl-implimentazzjoni ta’ aktar ...
Read More

L-Immigrazzjoni lejn l-Ewropa – Is-Sigurtà Ewropea u l-Gwerra Ukrajna

Is-suġġetti fuq l-aġenda tal-programm televiżiv sponsorjat mill-uffiċċju ta’ Alfred Sant bl-appoġġ tal-Grupp tas-S&D fil-Parlament Ewropew Temi Maltin u Ewropej matul ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment