Il-kriminalita` organizzata qed tuża dejjem aktar l-internet u l-attakki li jsiru online qed jiżdiedu fil-kwantita` u qed jitjiebu fil-kwalita`. Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li l-ġlieda kontra l-attakki kriminali online se jkunu prijorita` fl-istrateġija Ewropea dwar is-sigurta`.  Il-Kumitat Parlamentari Ingliż dwar l-Affarijiet Kostituzzjonali kkonkluda li Gvernijiet barranin bħal dak tar-Russja u taċ-Ċina jistgħu jkunu involuti fil-problemi li esperjenzaw websites fejn in-nies setgħu jirreġistraw u jivvotaw fir-referendum Ingliż dwar il-Brexit.

Il-Kummissjoni qalet li se taħdem biex jitneħħew l-ostakli fl-investigazzjonijiet kriminali. Qalet ukoll li għall-ewwel darba l-ġlieda kontra l-frodi fil-VAT hija fost il-prijoritajiet tal-qasam tas-sigurta`. ‘Il-MAFIA u l-għaqdiet terroristiċi jiffinanzjaw lilhom infushom fost oħrajn permezz tal-frodi fil-VAT.’ qalet il-Kummissjoni. Peress li ma hemmx l-istess regoli bejn l-istati membri, dawn l-organizzazzjonijiet kriminali jsibu lakuni fis-sistema tal-VAT li permezz tagħhom idaħħlu mas-€60 biljun ewro fis-sena. Dawn il-flejjes jintużaw għall-finanzjamenti ta’ attivitajiet kriminali oħra bħat-traffikar tal-bnedmin, tad-droga u tal-attivitajiet terroristiċi.

Il-Kummissjoni mistennija tipproponi sistema ta’ VAT li hi aktar reżistenti għall-frodi f’Settembru li ġej. Il-ħidma tal-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurta` tinkludi wkoll dik dwar il-ħolqien u t-traffikar tad-droga, il-kutrabandu tal-immigranti, il-kriminalita` organizzata fis-servizzi privati, it-traffikar tal-bnedmin, it-traffikar tal-armi u l-kriminalita` ambjentali.

MAY TFITTEX MANDAT B’SAĦĦTU

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qed tfittex mandat speċifiku biex tinnegozja l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE.  May ħasdet lil kulħadd dil-ġimgħa ...
Read More

KAPITLU ĠDID FIT-TURKIJA

It-Turkija kitbet kapitlu ġdid fl-istorja tagħha bir-Referendum li approva bidliet kostituzzjonali li jagħtu poteri ġodda lill-President, Recep Tayipp Erdoğan, seklu ...
Read More

IT-TELLIEQA FRANĊIŻA

Lejlet l-elezzjoni fi Franza l-investituri mħassba dwar il-possibilita` li l-President tal-Front Nazzjonali Franċiż Marine Le Pen iġġib l-aktar voti. Le ...
Read More

IŻ-ŻGĦAR JAPPOĠĠJAW LIL MERKEL

Stħarriġ fost l-opinjoni pubblika juri li dawk li se jivvotaw l-ewwel darba fil-Ġermanja huma favur il-Kanċilliera Angela Merkel. Merkel għadha ...
Read More

TAS-SUD IRIDU AKTAR KOEŻJONI SOĊJALI U EKONOMIKA

Il-mexxejja tas-seba’ pajjiżi tas-Sud tal-Ewropa – Malta, Ċipru, Spanja, Franza, Greċja, Italja u Portugall – qablu li l-Unjoni għandha tirrispetta ...
Read More

IL-KRIMINALITA` ONLINE PRIJORITA` GĦALL-KUMMISSJONI EWROPEA

Il-kriminalita` organizzata qed tuża dejjem aktar l-internet u l-attakki li jsiru online qed jiżdiedu fil-kwantita` u qed jitjiebu fil-kwalita`. Il-Kummissjoni ...
Read More

MANIFATTURA U SERVIZZI B’SAĦĦITHOM FIR-RENJU UNIT

Is-settur tal-manifattura tar-Renju Unit fil-bidu ta’ din is-sena rrapporta rata għolja fl-esportazzjoni, ferm ogħla mir-rata ta’ dawn l-aħħar sentejn. Is-settur ...
Read More

M’HEMMX UNJONI EWROPEA MINGĦAJR DIMENSJONI SOĊJALI

Il-Grupp tal-S&D qed jaħdem biex tkun implimentata leġislazzjoni li tiżgura kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti, paga li l-Ewropej jistgħu jgħixu biha u ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment