Il-Kummissjoni Ewropea hija favur prijoritajiet politiċi ġodda għall-qafas finanzjarju ta’ bejn is-sena 2021 u s-sena 2027. Il-Kummissjoni qed tipproponi tnaqqis fl-għajnuna lill-politika agrarja biex minflok jiddaħħlu prijoritajiet ġodda.  Dawn huma l-immaniġjar tal-isfida tal-immigrazzjoni u l-qasam tad-difiża u s-sigurta` tal-UE.

Il-Kummissjoni pproponiet ukoll li jiżdied il-baġit fis-settur tal-innovazzjoni u r-riċerka, fl-Erasmus + u fil-Connecting Europe Facility għax skont hi dawn iħallu valur miżjud għall-Unjoni Ewropea. Bħalissa €400 biljuni jmorru għal Politika Agrarja Komuni, 70% tal-baġit Ewropew.

Għall-immigrazzjoni l-Kummissjoni qed tipproponi l-istess sistema b’baġit ta’ €8 biljun fuq perijodu ta’ 7 snin, jew sistema aktar integrata għal ħarsien tal-fruntieri bi 3,000 aġent Ewropew għal baġit ta’ €20 – €25 biljun fuq perjodu ta’ 7 snin, jew sistema li hi komparabbli ma’ dik tal-Istati Uniti b’100,000 aġent Ewropew għal baġit ta’ €150 biljun fuq perijodu ta’ 7 snin.

Għall-fond ta’ difiża komuni tal-UE, il-proposti huma jew €3.5 biljun jew €7 biljuni. Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll mekkaniżmu separat ta’ finanzjament li jlaħħaq l-€10 biljuni, dejjem fuq perijodu ta’ 7 snin.

Il-Kummissjoni tixtieq tirdoppja l-persentaġġ ta’ żgħażagħ  li jibbenefikaw mill-Erasmus+  bil-baġit jitla’ għal €30 biljun. B’€90 biljun il-Kummissjoni tkun qed tilħaq terz taż-żgħażagħ Ewropej biex jibbenefikaw minn dan il-programm. Bħalissa jibbenefikaw madwar 7.5% taż-żgħażagħ Ewropej.

Il-Kummissjoni qed tipproponi wkoll li tirdoppja l-baġit għal iffinanzjar tal-infrastruttura, konnettivita` u kompetenzi diġitali biex jiġi jlaħħaq €70 biljun.

Il-Kummissarju tal-Baġit Gunther Oettinger irid qbil fuq il-baġit Ewropew qabel l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019.

TAĦT IL-LENTI L-ELEZZJONIJIET FL-ITALJA

Il-Prim Ministru Taljan Paolo Gentiloni qal li mill-elezzjonijiet Taljani tal-4 ta’ Marzu jistenna li joħroġ gvern stabbli, dan minkejja li ...
Read More

ERDOGAN : “L-UE GĦANDHA ŻŻOMM IL-KELMA TAGĦHA”

Il-President Tork Recep Tayyip Erdogan huwa favur sħubija sħiħa fl-UE u qal li t-Turkija mhux kuntenta b’għażliet differenti. Erdogan akkuża ...
Read More

IL-KUMMISSJONI EWROPEA FAVUR PRIJORITAJIET ĠODDA

Il-Kummissjoni Ewropea hija favur prijoritajiet politiċi ġodda għall-qafas finanzjarju ta’ bejn is-sena 2021 u s-sena 2027. Il-Kummissjoni qed tipproponi tnaqqis ...
Read More

MALTA GĦANDHA TKUN KAWTA F’INIZJATTIVI POLITIĊI ĠODDA FIŻ-ŻONA EWRO

Bħala riċevitur tal-politika taż-żona ewro, Malta ma għandhiex triq oħra ħlief dik li tkun kawta f’inizjattivi politiċi ġodda maħsuba għaż-żona ...
Read More

MOGHERINI: IN-NATO TIBQA’ IL-BAŻI TAD-DIFIŻA EWROPEA

Ir-Rappreżentanta tal-Affarijiet Barranin tal-UE Federica Mogherini kkonfermat li n-Nato hija l-pedament għad-difiża kollettiva tal-UE. Mogherini aċċertat lin-Nato u l-alleati tagħha ...
Read More

BIEX IL-BANK MALTI TAL-IŻVILUPP JEĦLES MINN PIŻIJIET ŻEJDA

Alfred Sant talab lill-Kummissjoni Ewropea biex teżenta lill-Bank Malti tal-Iżvilupp minn  piżijiet amministrattivi u spejjeż żejda. Il-Bank Malti tal-Iżvilupp twaqqaf ...
Read More

L-AKBAR TKABBIR EKONOMIKU F’GĦAXAR SNIN

Ċifri ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea kkonfermaw tkabbir ekonomiku fil-pajjiżi kollha tal-UE fl-2017, b’rata ta’ tkabbir ta’ 2.4% tal-Prodott Gross Domestiku, kemm ...
Read More

M’HEMM ĦADD BĦAL ROBERT SCHUMAN FOST IL-MEXXEJJA EWROPEJ

Ir-Russja u l-Ewropa għandhom bżonn Robert Schuman ġdid biex jinnormalizza r-relazzjonijiet ta’ bejniethom. Dan qalu Konstantin Kosachev, il-Kap tal-Kumitat tal-Affarijiet ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment