Il-Kummissjoni Ewropea wissiet li lesta tissanzjona lil Polonja jekk il-gvern Pollakk jgħaddi erba’ liġijiet proposti biex jibdlu l-mod kif jinħatru l-imħallfin u l-maġistrati. Fl-aħħar sentejn il-gvern Pollakk nieda inizjattivi fit-tmexxija tiegħu li ġabulu kritika mill-Kummissjoni Ewropea li qed issostni li l-miżuri li qed jiddaħħlu mill-gvern imorru kontra l-prinċipji tad-demokrazija li l-membri kollha tal-Unjoni Ewropea huma obbligati jħaddmu. Jattakkaw il-prinċipju tar-“rule of law” – is-saltna tal-liġi, li biha kollox jiġi regolat minn liġijiet ġusti, imħarsa minn kull tbagħbis, u li japplikaw bl-istess mod għal kulħadd. Minkejja t-twissijiet tal-Kummissjoni, il-gvern Pollakk għadda l-liġijiet tiegħu mill-Parlament. Intant, il-President Pollakk Andrzej Duda iddikjara l-veto tiegħu fuq tnejn mill-erba’ liġijiet. Dan ifisser li żewġ liġijiet minn erbgħa xorta ġew iffirmati u qed jitkompla x-xogħol fuqhom.

Fl-aħħar ta’ Lulju l-Kummissjoni Ewropea tat erba’ ġimgħat ċans lil Polonja biex timxi skont l-obbligi Ewropej u internazzjonali. Wissiet lil Polonja li lesta timxi ’l quddiem bis-sanzjonijiet li huma previsti mit-trattati tal-Unjoni għal stat li jkun kiser il-prinċipji fondamentali tagħha – sanzjonijiet li jistgħu jwasslu biex l-istat jitneħħielu d-dritt tal-vot fil-Kunsill. Skont it-trattati Ewropej, biex tiskatta din is-sanzjoni jinħtieġ l-vot unanimu tal-pajjiżi membri l-oħra iżda Viktor Orban tal-Ungerija diġa` ħabbar li se jkun spalla ma’ spalla mal-Polonja. Għalhekk x’se jiġri verament għadu inċert.

Il-Kummissjoni Ewropea qed tistenna r-reazzjonijiet tal-Polonja. Il-Gvern Pollakk qal li mhux se jbaxxi rasu, “għar-rikatt tal-UE fuq ir-riformi legali, speċjalment jekk ir-rikatt mhux ibbażat fuq il-fatti.”

IMĠEDDED IL-PJAN TA’ SALVATAĠĠ FIL-MEDITERRAN

L-UE ġeddet il-programm tal-operazzjonijiet ta’ salvataġġ fil-Mediterran sa Diċembru tal-2018. L-għan ta’ dan il-programm huwa li taqbad lit-traffikanti tal-persuni u ...
Read More

JUNCKER JIPPREFERI LIL MERKEL

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker jixtieq jara l-partit Demo-Kristjan ta’ Angela Merkel rebbieħ fl-elezzjonijiet Ġermaniżi li se jsiru f’Settembru ...
Read More

INTERESS F’AĠENZIJI BBAŻATI F’LONDRA

Kien reġistrat interess kbir fost stati membri tal-UE li jibdew joperaw aġenziji li s’issa kienu bbażati f’Londra. Wara l-BREXIT 20 ...
Read More

IL-KUMMISSJONI EWROPEA LESTA TISSANZJONA LIL POLONJA

Il-Kummissjoni Ewropea wissiet li lesta tissanzjona lil Polonja jekk il-gvern Pollakk jgħaddi erba’ liġijiet proposti biex jibdlu l-mod kif jinħatru ...
Read More

ANQAS EWRO FOLOZ FL-IDEJN

Fl-ewwel sitt xhur tal-2017 tneħħew miċ-ċirkolazzjoni madwar 331, 000 karta tal-flus tal-ewro falza. Dan juri li n-numru tal-karti foloz tal-Ewro ...
Read More

TĦASSIB DWAR XIRI TA’ KUMPANIJI EWROPEJ MIĊ-ĊINIŻI

Il-Kummissjoni Ewropea qed tippjana regoli biex tħares kumpaniji strateġiċi Ewropej milli jinxtraw minn kumpaniji Ċiniżi. Kumpaniji tat-teknoloġija u oħrajn tal-infrastruttura, ...
Read More

L-AWSTRIJA KONTRA S-SĦUBIJA TAT-TURKIJA FL-UE

Il-Kanċillier Awtrijak Christian Kern stqarr li importanti jintqal li t-Turkija mhux kandidata biex issir membru sħiħ tal-UE. Mill-attentat kolp ta’ ...
Read More

PILOTI EWROPEJ IRIDU KWALIFIKA GĦAD-DRONES

L-Assoċjazzjoni tal-piloti Ewropej qed issejjaħ għall-introduzzjoni ta’ miżuri urġenti wara l-publikazzjoni ta’ studju dwar ħabtiet bejn ajruplani u drones. L-istudju ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment