Il-Kummissjoni Ewropea fetħet investigazzjoni fuq l-iskemi ta’ taxxa Olandiżi fil-konfront tal-kumpanija Svediża tal-għamara IKEA u sussidjarji tagħha bejn l-2006 u l-2011. Dawn setgħu kisru r-regoli tal-għajnuna tal-istat tal-UE. Il-Kummissjoni se teżamina żewġ ftehimiet ta’ taxxa bejn l-Olanda u l-IKEA u li setgħu naqqsu ħafna l-profitt taxxabbli ta’ din il-kumpanija. Dawn il-ftehimiet taw vantaġġ kbir ta’ taxxa filwaqt li kumpaniji oħra fis-suq ħieles ma kellhomx dan il-benefiċċju. Għad ma hemmx indikazzjoni dwar l-ammonti ta’ flus involuti.

IKEA u l-Gvern Olandiż se jikkooperaw mal-investigazzjoni tal-UE. Il-kumpanija qalet li timxi mar-regoli tat-taxxa tal-pajjiżi li fihom topera u temmen li tirrispetta r-regoli tal-UE. Bil-ftehimiet mal-Olanda, l-IKEA kienet iċċaqlaq bla tfixkil parti sostanzjali tal-profitti tagħha fil-Lussemburgu biex tevita t-taxxa. Fl-2011, wara li l-Kummissjoni ddikkjarat li dan huwa aġir illegali, l-IKEA kellha t-tieni ftehim dwar it-taxxa mal-Olanda u bdiet titrasferixxi l-flus fil-Liechtenstein.

Il-Kummissarju tal-Kompetizzjoni Margrethe Vestager qalet li “Il-kumpaniji kollha, kbar jew żgħar, multinazzjonali jew le, għandhom iħallsu t-taxxa. L-Istati Membri ma jistgħux iħallu lil ċerti kumpaniji magħżulin biex b’mod artifiċjali jċaqalqu l-profitti tagħhom f’post ieħor.”

Il-Kumpanija McDonald’s u l-kumpanija tal-enerġija Franċiża Engie wkoll qegħdin fuq siġġu jaħraq minħabba l-ftehimiet ta’ taxxa tagħhom mal-Lussemburgu. S’issa l-Kummissjoni ordnat lil kumpanija Apple biex tħallas l-ammont rekord ta’ taxxa arretrata ta’ €13-il biljun lil Irlanda, filwaqt li ordnat lil Starbucks tħallas sa massimu ta’ €30 miljun u Amazon tħallas €250 miljun lil Lussemburgu. Il-Belġju ġie ordnat jiġbor total ta’ €700 miljun minn 35 kumpanija fuq skema ta’ taxxa illegali.

FIDUĊJA FIS-SENA 2018

Malta se jkollha żewġ sfidi iebsa ewlenin fl-Ewropa fl-2018, dik ta’ trasparenza sħiħa fis-servizzi finanzjarji u l-inizjattivi Ewropej biex iqarrbu ...
Read More

IL-KUMMISSJONI TINVESTIGA L-IKEA

Il-Kummissjoni Ewropea fetħet investigazzjoni fuq l-iskemi ta’ taxxa Olandiżi fil-konfront tal-kumpanija Svediża tal-għamara IKEA u sussidjarji tagħha bejn l-2006 u ...
Read More

NIBGĦQU NIDDEFENDU S-SOVRANITA` TA’ MALTA

Id-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew se tibqa’ magħquda biex tħares is-sovranita` tal-Gvern Malti, b’mod speċjali fil-politika ta’ tassazzjoni u se tibqa’ ...
Read More

TENSJONI BEJN VARSAVJA U BRUSSELL

Il-Kummissjoni Ewropea se tibda l-proċess biex tneħħi d-dritt tal-vot lil Polonja wara li sentejn ta’ djalogu ma wasslu għal ebda ...
Read More

L-EWROXETTIĊI L-AKBAR FL-ITALJA

L-aktar partit b’appoġġ popolari fl-Italja huwa l-Moviment 5 Stelle bi 29% tal-voti. Dan il-partit huwa ewroxettiku u jekk jingħata l-poter ...
Read More

L-EWROPEJ IWISSU LILL-ISTATI UNITI DWAR RIFORMI FIT-TAXXA

Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Italja, Franza, Ġermanja, Renju Unit u Spanja flimkien kitbu lis-Segretarju tat-Teżor Amerikan Steven Mnuchin biex jesprimu t-tħassib ...
Read More

L-IRLANDA U S-SUD TAL-ĠERMANJA L-AKTAR LI SE JINTLAQTU MILL-BREXIT

Ftehim dwar il-kummerċ huwa aktar importanti  għar-Renju Unit milli għall-istati membri l-oħra. Iż-żoni tal-UE li l-aktar se jintlaqtu ħażin bil-Brexit ...
Read More

SKAMBJU TA’ INFORMAZZJONI KONTRA T-TERRORIŻMU U L-KRIMINALITA`

Il-Kummissjoni Ewropea talbet lil Kunsill tal-Unjoni Ewropea jawtorizza negozjati biex jintlaħaq ftehim bejn l-UE u l-Alġerija, l-Eġittu, Iżrael, Ġordan, Lebanon, ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment