VOX,  il-Partit tal-Lemin estrem Spanjol , rebaħ 12-il siġġu Parlamentari f’Andalusija.  Dan ir-riżultat ikompli juri ż-żjieda fl-appoġġ għal-partiti nazzjonalistiċi fl-Ewropa. Ħafna ħasbu li fi Spanja l-lemin estrem qatt ma kien se jerġa’ jżid l-appoġġ minħabba l-memorja tad-dittatorjat tal-era faxxista ta’ Francisco Franco.

Il-Partit Soċjalista mexxa l-Andalusija għal dawn l-aħħar sitta u tletin sena. Mingħajr maġġoranza xorta kiseb l-akbar ammont ta’ siġġijiet – 33. Il-Partit Konservattiv ġie t-tieni u jixtieq jagħmel koalizzjoni mal-Partit tal-Lemin Estrem Vox u taċ-ċentru lemin Ciudadanos għax flimkien ikollhom maġġoranza ta’ siġġijiet.

Ir-reġjun tal-Andalusija għandu rata tal-qgħad għolja u huwa l-punt tal-wasla fi Spanja għal ħafna immigranti li jaqsmu l-Mediterran.

Dan kien l-ewwel test għal Prim Ministru Spanjol Pedro Sanchez li kien mistenni jagħmel elezzjonijiet f’Mejju li ġej. Ir-riżultat fl-Andalusija ma tantx se jħallulu ħajra jagħmel dan.

Vox huwa partit li twieled fl-2014 – huwa partit tal-lemin estrem, populist, kontra l-immigrazzjoni u l-Islam iżda l-kap tiegħu Santiago Abascal jemmen li qed jikseb l-appoġġ għax “qiegħed pari passu ma’ kif jaħsbuha miljuni ta’ Spanjoli”. Il-partit jiċħad li huwa tal-lemin estrem u jinsisti li huwa favur s-sħubija ta’ Spanja fl-UE u għalhekk differenti fl-ideoloġija minn movimenti oħra populisti jew estremi madwar l-Ewropa.

IT-TERRORIŻMU JERĠA’ JERFA’ RASU

L-attakk terroristiku fi Strasburgu ta’ dil-ġimgħa reġa’ qanqal biża’ li t-terroristi għad jistgħu jattakkaw bliet Ewropej bla mistenni. Dan l-attakk ...
Read More

L-EWROPA TRID TIEĦU ĦSIEB LIŻ-ŻGĦIR

Alfred Sant qal li d-dwejjaq kbar li hemm fost iċ-ċittadini fl-Ewropa ġejjin mill-fatt li ma hemmx biżżejjed ġustizzja soċjali. L-għan ...
Read More

IL-LEMIN ESTREM  JIPPENETRA FL-ANDALUSIJA

VOX,  il-Partit tal-Lemin estrem Spanjol , rebaħ 12-il siġġu Parlamentari f’Andalusija.  Dan ir-riżultat ikompli juri ż-żjieda fl-appoġġ għal-partiti nazzjonalistiċi fl-Ewropa ...
Read More

ŻJIEDA TA’ 3.2% FIL-BAĠIT EWROPEW

It-tliet istituzzjonijiet tal-UE laħqu kompromess dwar l-elementi varji tal-baġit tal-UE għall-2019, inkluża żjieda ta' 3.2% fuq dik tal-2018. Id-delegazzjoni tal-Parlament ...
Read More

JINNEGOZJAW L-ENERĠIJA BL-EWRO

Il-Kummissjoni Ewropea tixtieq issaħħaħ ir-rwol tal-ewro fix-xena internazzjonali permezz ta’ użu usa’ tal-munita fis-swieq internazzjonali tal-enerġija.  Il-kont tal-enerġija annwali tal-UE, ...
Read More

SPANJA BL-AKTAR IMMIGRANTI

L-ikbar għadd ta’ immigranti din is-sena daħlu fi Spanja u mhux l-Italja. Dan ħareġ mir-rapport tal-ISMU (fondazzjoni li tispeċjalizza fuq ...
Read More

IN-NATO KONTRA ARMATA TAL-KOSOVO

Id-deċiżjoni tal-Kosovo li ddawwar il-forzi tas-sigurta` tagħha f’armata hija “deċiżjoni li qed tittieħed f’ħin ħażin” u hija “fattur ikkumplikat” qalet ...
Read More

TRASPORT B’XEJN FIL-LUSSEMBURGU

Il-Lussemburgu se jsir l-ewwel pajjiż bi trasport pubbliku b’xejn. Fil-pajjiż qed jinħoloq gvern ta’ koalizzjoni bil-wegħda li jelimina n-nollijiet kollha ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment