Aktar minn 3,000 dimostrant inġabru f’Koblenz, fiċ-ċentru tal-Ġermanja nhar is-Sibt biex jipprotestaw kontra l-preżenza tal-mexxejja tal-lemin estrem mill-Ġermanja, Franza, l-Olanda u l-Italja. Il-laqgħa, bit-tema ‘Ħelsien għall-Ewropa”, ġiet organizzata minn Marcus Pretzell, il-mexxej Ġermaniż tal-Lemin estrem li qed jittama li jitla’ fil-Bundestag f’Settembru li ġej. Id-dimostranti kkundannaw l-ideat antiki u perikolużi li qed jiżirgħu l-mexxejja tal-lemin. Il-Mexxejja tal-Lemin infexxew f’rettorika kontra l-immigranti.

Marine Le Pen għall-Front Nazzjonali Franċiż stiednet liċ-ċittadini Ewropej biex ‘iqumu’ u jimxu fil-passi tal-Istati Uniti u tar-Renju Unit.

L-Olandiż Geert Wilders tal-Partit tal-Liberta` wkoll issellef il-lingwaġġ ta’ Trump u wiegħed li pajjiżhom se jkun b’saħħtu għal darba oħra.

Matteo Salvini tal-Lega Nord kompli jżid id-doża kontra l-immigranti.

Marcus Pretzell uża l-istess lingwaġġ li uża Trump ġranet qabel.  Pretzell akkuża lill-Kanċilliera Ġermaniża li “daħħlet mijiet ta’ eluf ta’ refuġjati kontra r-rieda tal-poplu Ġermaniż”. Fil-Ġermanja l-lemin estrem qed jipprova jakkwista 14% tal-voti f’Settembru biex jidħol fil-Bundestag. It-tattika hija kummenti provokattivi ta’ membru tal-partit li sa ftit ilu ma kinux soċjalment aċċettabbli. Il-mexxejja tal-lemin jikkundannaw nofs qalb ir-rimarki, iżda jittollerawhom, bit-tama li l-istess kummenti jkunu aċċettati u jintużaw miċ-ċittadini komuni fil-vokabularju tagħhom.

Din is-sena jsiru l-elezzjonijiet fi Franza, fil-Ġermanja u fl-Olanda.

IL-LEMIN JGĦOLLI RASU

Aktar minn 3,000 dimostrant inġabru f’Koblenz, fiċ-ċentru tal-Ġermanja nhar is-Sibt biex jipprotestaw kontra l-preżenza tal-mexxejja tal-lemin estrem mill-Ġermanja, Franza, l-Olanda u ...
Read More

BREXIT: €10 BILJUN ANQAS FIS-SENA GĦALL-UE

Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea se jħalli nuqqas ta’ €10 biljun ewro fis-sena fil-baġit Ewropew. Il-Prim Ministru Theresa May ħabbret ...
Read More

IL-PRESIDENZA MALTIJA TAT DIMENSJONI MEDITERRANJA LILL-UE

Alfred Sant, Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew qal li huwa fatt pożittiv li l-Presidenza Maltija tat dimensjoni Mediterranja lill-Unjoni Ewropea ...
Read More

IL-MEDITERRAN U L-LIBJA DISKUSSI F’MALTA

Fis-summit informali tal-mexxejja tal-UE, li se jsir f’pajjiżna fit-3 ta’ Frar, se jkunu diskussi l-Mediterran Ċentrali u l-Libja. Dan ikkonfermah ...
Read More

FENOMENU INKWETANTI

Pierre Moscovici, Il-Kummissarju tal-Ekonomija u l-Affarijiet Finanzjarji Pierre Moscovici iddeskriva l-inugwaljanzi bejn l-istati membri tal-UE bħala “fenomenu inkwetanti”. Moscovici qal ...
Read More

AKTAR GASS RUSSU FL-EWROPA

Il-Kumpanija tal-Gass Russa Gazprom esportat numru rekord ta’ gass lejn l-Ewropa u t-Turkija fl-2016, żjieda ta’ 12.5% fuq is-sena ta’ ...
Read More

PRIJORITA` LILL-ĦADDIEMA AWTRIJAĊI

Il-Prim Ministru Awstrijakk Christian Kern qal li l-ħaddiema Awstrijaċi se jkollhom id-dritt tal-prijorita` biex jidħlu f’impjieg. Ħaddiema minn stati membri ...
Read More

FAVUR ID-DRITTIJIET SOĊJALI TAL-ĦADDIEMA 

Il-Parlament Ewropew approva r-rapport ‘Il-Kolonni Ewropej għad-Drittijiet Soċjali’ li joħloq qafas għall-kundizzjonijiet diċenti fis-settur tal-impjiegi fil-pajjiżi taż-żona Ewro. Ir-rapport, immexxi ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment