L-Unjoni Ewropea qed tfassal pjan għal qbil dwar gvern nazzjonali fil-Libja. Il-pjan jisħaq dwar l-importanza li kollox isir fi stadji differenti minħabba raġunijiet ta’ sigurta` u anki biex ikun hemm flessibilita` f’sitwazzjonijiet diffikultużi. L-Azzjoni Esterna tal-UE qed tipproponi li b’kollox il-pjan ikollu tliet fażijiet iżda qed tipproponi wkoll li l-azzjoni għandha tibda malajr, minkejja s-sitwazzjoni politika tal-pajjiż u l-falliment tan-negozjati li saru bejn il-partiti politiċi Libjani. Bħalissa l-Libja ma għandhiex gvern għan-nazzjon kollu, bil-parlamenti ta’ Tripli u Tobruk li għadhom kemm irmew il-pjan tal-Ġnus Magħquda.
Minkejja dan il-falliment, l-istati membri jridu jieħdu deċiżjoni dwar il-mandat tal-Unjoni Ewropea għall-ħarsien tal-fruntieri Libjani, li jiskadi fil-21 ta’ Novembru 2015. L-Azzjoni Esterna tal-UE temmen li din il-missjoni xorta tista’ tkun utli u tista’ titqajjem mill-ġdid, minkejja s-sitwazzjoni politika Libjana.
Hemm għażliet differenti dwar x’tista’ tagħmel l-UE fil-ħidma tagħha fil-Libja u hemm ukoll l-appoġġ li tista’ toffri għall-missjoni ta’ assisstenza f’dan il-pajjiż. L-Istati Membri jistgħu wkoll jippreparaw inizjattivi li għandhom x’jaqsmu mas-sigurta` tal-fruntieri.
It-tieni fażi tal-pjan teħtieġ il-firma uffiċċjali tal-pjan għall-paċi u l-ħolqien ta’ gvern ġdid, maqbul minn kulħadd, fil-Libja. Din il-fażi tibqa’ sejra għal 40 ġurnata. F’din il-fażi, iridu jibdew id-diskussjonijiet f’livell tekniku u politiku mal-gvern Libjan u mal-Kumitat tas-Sigurta` fuq pakkett immedjat tal-UE li jservi ta’ appoġġ. Il-pakkett jista’ jinkludi għajnuna Ewropea biex il-ġlied jibqa’ wieqaf.
It-tielet fażi, li tidħol fis-seħħ bejn l-40 u d-90 ġurnata, se jkollha l-għan li toħloq diskussjoni teknika u dettaljata mal-awtoritajiet Libjani dwar l-għajnuna mill-UE, bħala parti mill-politika komuni għas-sigurta` u d-difiża. L-għan hu li jkun hemm riforma fis-sigurta` tal-Libja. Din ir-riforma tibqa’ sseħħ fit-tul billi tingħaqad mal-attivitajiet futuri tal-operazzjoni navali tal-UE fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin fil-Mediterran.

L-ISTATI MEMBRI TAL-EU MITLUBA JŻOMMU KELMTHOM DWAR L-IMMIGRAZZJONI
Aqra Aktar

IL-KROAZJA TRID TINED U SODOD GĦALL-IMMIGRANTI
Aqra Aktar

JEKK JGĦADDI L-‘BREXIT’ MA JKUNX HEMM REFERENDUM IEĦOR
Aqra Aktar

IR-RAPPORT ‘ROSATI’ MA JGĦADDIX
Aqra Aktar

L-EWROPA TEĦTIEĠ POLITIKA EKONOMIKA GĦALL-ISFIDI TAL-LUM
Aqra Aktar

TĦASSIB MINĦABBA L-INFLAZZJONI NEGATTIVA
Aqra Aktar

L-UE M’GĦANDHIEX TIBGĦAT MESSAĠĠI KONFLIĠĠENTI LILL-BANEK
Aqra Aktar

TNAQQIS FID-DEJN U D-DEFIĊIT FIL-PAJJIŻI TAL-EWRO FL-EWWEL KWART TAL-2015
Aqra Aktar

TRATTAMENT SPEĊJALI GĦAL GĦAWDEX FL-UNJONI EWROPEA
Aqra Aktar

IL-LIBJA TEĦTIEĠ PJAN TA’ AZZJONI
Aqra Aktar

€365.5 MILJUNI GĦALL-MAROKK, L-ALĠERIJA, IL-ĠORDAN U L-LEBANON
Aqra Aktar

ŻBILANĊ FIL-KUMMERĊ BEJN L-UNJONI EWROPEA U Ċ-ĊINA
Aqra Aktar

IL-PARLAMENT EWROPEW IRID INAQQAS 317 IMPJIEG
Aqra Aktar

X’INHU L-VALLETTA SUMMIT?
Aqra Aktar

TAN-NANNA AKTAR MINN ĦELU MANNA
Aqra Aktar
Post a comment