Il-Marokk sar parti formali minn inizjattiva  Ewro-Mediterranja favur soluzzjonijiet ġodda għal tmexxija sostenibbli tal-ilma u l-ikel fir-reġjun tal-Mediterran. Il-Marokk ingħaqad ma’ 19-il stat membru tal-UE: Kroazja, Ċipru, Franza, Ġermanja, Greċja, Italja, Lussemburgu, Malta, Portugall, Slovenja. Ma’ dawn hemm ukoll l-Alġerija, l-Eġittu, Israel, il-Ġordan, Libanu, Tunesija u t-Turkija. Dawn id-19-il stat issa se jikkonċentraw fuq bidliet kbar li affettwaw il-Mediterran u qegħdin ifittxu soluzzjonijiet għal problemi kawżati minn bidla fil-klima, tkabbir demografiku u bini ġdid bl-urbanizzazzjoni li nfirex sew fir-reġjun.

Dan il-programm ta’ ħidma fuq firxa ta’ għaxar snin beda dis-sena.

Biex jitwettaq dan il-programm hemm budget ta’ €494 miljun. €220 miljun minn dawn se joħorġu mill-Budget tal-UE permezz tal-programm Horizon 2020. L-istati membri li qegħdin jieħdu sehem f’din l-inizjattiva se joħorġu €274 miljun bejniethom.

Il-Marokk mistenni joħroġ €40 fuq medda ta’ għaxar snin.

APPOĠĠ LILL-GŻEJJER U R-REĠJUNI FIL-PERIFERIJA TAL-UE

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant ivvota favur riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li titlob għal kunsiderazzjoni akbar ta’ ċerti karatteristiċi ...
Read More

FERMENT KONTRA ORBAN

Eluf ħonqu l-pjazez ta’ Budapest fi tmiem il-ġimgħa jitolbu li jerġgħu jingħaddu l-voti wara li Victor Orban rebaħ l-elezzjoni fl-Ungerija ...
Read More

25,300 TILFU ĦAJJITHOM FIT-TOROQ TAL-EWROPA FL-2017

Madwar 25,300 persuna tilfu ħajjithom fit-toroq tal-Ewropa fl-2017. Dan juri tnaqqis ta’ 2% fuq 2016. Fl-2016 kien ġie reġistrat tnaqqis ...
Read More

INĊIDENT TERRORISTIKU KULL SITT IJIEM FL-EWROPA

Fl-2017 seħħ inċident terroristiku kull sitt ijiem fl-Ewropa. Huwa stmat li fl-Ewropa hawn bejn 50,000 u 70,000 individwi radikalizzati, 20,000 ...
Read More

KUMMERĊ MAL-ISTATI UNITI U Ċ-ĊINA

Id-diskussjonijiet tal-UE mal-Istati Uniti dwar il-kummerċ mexjin b’ritmu tajjeb. L-UE tinsab f’taħdidiet mal-Istati Uniti biex tipprova tevita t-tariffi fuq l-importazzjoni ...
Read More

SUQ KOMUNI GĦALL-ISTATI BALKANI

Il-President tas-Serbja Aleksandar Vučić talab lill-istati Balkani l-oħra jsolvu d-differenzi u joħolqu suq komuni bejniethom biex jattiraw l-investiment dirett barrani ...
Read More

TĦASSSIB DWAR L-EWWEL IMPJANT NUKLEARI TAT-TURKIJA

Ġimgħa wara li nbeda x-xogħol ta’ kostruzzjoni fl-ewwel power station nukleari fit-Turkija, mibnija mir-Russi, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda f’kuntatt mal-awtoritajiet Torok ...
Read More

IL-MAROKK F’INIZJATTIVA DWAR L-ILMA U L-IKEL FIL-MEDITERRAN

Il-Marokk sar parti formali minn inizjattiva  Ewro-Mediterranja favur soluzzjonijiet ġodda għal tmexxija sostenibbli tal-ilma u l-ikel fir-reġjun tal-Mediterran. Il-Marokk ingħaqad ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment