Tliet ġimgħat biss qabel il-konferenza li se ssir il-Belt Valletta dwar il-kriżi tal-immigrazzjoni, diġa` qed joħorġu xi punti ta’ tilwim.

Skont rapport li għamel il-Lussemburgu matul il-Presidenza tiegħu, instab li l-pajjiżi Afrikani mhux entużjasti li jkollhom ċentri f’pajjiżhom għal nies li qed jitolbu l-ażil u li potenzjalment jixtiequ jidħlu fl-UE. Dawn iċ-ċentri joħolqu biża’ lill-pajjiżi Afrikani. Il-Kummissarju Għoli tal-Ġnus Magħquda (UNHCR) ukoll ma jaqbilx mat-twaqqif ta’ dawn iċ-ċentri. Qed jintqal li jeħtieġ li jkun spjegat x’se jkun ir-rwol ewlieni taċ-ċentri. Dan għaliex il-pajjiżi Afrikani qed jibżgħu li dawn iċ-ċentri se jservu biex l-Unjoni Ewropea titfa’ fuq xtut oħra r-responsabbiltajiet tat-talbiet tal-ażil. L-inkwiet hu li dawn iċ-ċentri bil-kampijiet jibqgħu hemm b’mod permanenti u jtaqqlu is-sistema ta’ ażil tal-pajjiżi tal-Afrika.

Fil-Konferenza li se ssir f’Malta, it-28 pajjiż mistennija jaqblu fuq pjan ta’ azzjoni mal-pajjiżi Afrikani. Il-pjan se jiffoka dwar l-għajnuna finanzjarja tal-UE u dwar programmi ta’ immigrazzjoni legali biex dan il-fenomenu jkun ikkontrollat. Il-pajjiżi Afrikani li jikkooperaw mal-UE jistgħu jibbenefikaw minn ħruġ malajr ta’ visas u jkun aktar faċli għal studenti Afrikani biex jieħdu sehem fi programmi bħal Erasmus+.

Aktar mal-pajjiżi Afrikani jikkooperaw, aktar jieħdu flus – politika li mhux qed tinżel sew mal-pajjiżi Afrikani speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mal-immigrazzjoni legali u ftehim ieħor dwar ir-ritorn tal-immigranti lura lejn l-art li telqu minnha. Jidher li għadu ma ntlaħaqx qbil bejn il-pajjiżi Ewropej u dawk Afrikani.

 

 

IL-PAJJIŻI AFRIKANI MA JRIDUX IMMIGRANTI F’PAJJIŻHOM

Tliet ġimgħat biss qabel il-konferenza li se ssir il-Belt Valletta dwar il-kriżi tal-immigrazzjoni, diġa` qed joħorġu xi punti ta’ tilwim ...
Read More

IT-TURKIJA MHUX IMPRESSJONATA BIL-PROPOSTI EWROPEJ DWAR L-IMMIGRAZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret il-pjan ta’ azzjoni li ppreżentat lill-President Tork Erdogan dwar l-immigrazzjoni. Dan il-pjan jinkludi sensiela ta’ inizjattivi, bl-UE ...
Read More

ĊITTADINI EWROPEJ IRIDU JAGĦTU PROVA LI HUMA IMMIGRANTI LEGALI

Sabiex stat membru jipproteġi l-finanzi tiegħu, qabel ma jagħti l-benefiċċji soċjali lil ċittadini li ġejjin minn stati membri oħra, jista’ ...
Read More

JIPPERSISTU D-DIVERĠENZI BEJN IR-REĠJUNI

Id-differenzi soċjo-ekonomiċi u demografiċi bejn in-Nord u s-Sud tal-Unjoni Ewropea għadhom b’saħħtihom. Dan ħareġ minn studju ppubblikat mill-Eurostat u li ...
Read More

‘L-UE M’GĦANDHIEX TAPPLIKA BIL-GĦAMA REGOLI TA’ ‘ONE-SIZE FITS ALL’ FIL-QASAM TAL-KOMPETIZZJONI’

Fit-tmexxija tal-politika tal-kompetizzjoni l-Unjoni Ewropea m’għandhiex tapplika bil-għama regoli ta’ ‘one size fits all’ għax dan ikun ta’ detriment għall-pajjiżi ...
Read More

JISTGĦU JINTILFU 7 MILJUN TURIST

Proposta biex issir reviżjoni tax-xengen visa bħala miżura li tagħti spinta lis-settur turistiku ma ntlaqgħetx. Din il-proposta mhix qiegħda fuq ...
Read More

DAWK BI DĦUL BAXX L-AKTAR LI JBATU MINN MARD IKKAWŻAT MILL-ĦXUNA

Dawk is-saffi tal-popolazzjoni li għandhom dħul baxx huma l-aktar li jbatu mill-obesita` u huma l-aktar li jsofru minn mard ikkawżat ...
Read More

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW TAĦT PRESSJONI MINĦABBA L-INFLAZZJONI

F’Settembru l-Ewropa reġa’ kellha inflazzjoni negattiva ta’ -0.1%. L-inflazzjoni għal Awwissu kienet ta’ 0.1%. Jiġifieri f’Settembru fl-Unjoni Ewropea il-prezzijiet naqsu ...
Read More

SPANJA U L-KUMMISSJONI MA JAQBLUX DWAR ID-DEFIĊIT

Spanja ċerta li din is-sena se jkollha defiċit ta’ 4.2% fil-waqt li l-Kummissjoni temmen li Spanja se jkollha defiċit akbar ...
Read More

IL-ĠID TAL-FAMILJI ĠERMANIŻI

Il-ġid tal-familji Ġermaniżi qed jonqos. Minkejja li l-ekonomija Ġermaniża sejra tajjeb, jidher li l-Ġermaniżi mhux qed jibbenefikaw direttament minn dan ...
Read More

TILWIM FUQ IŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA

Iż-żieda fl-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa Tuneżin mingħajr dazju fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea se jaffettwa ħażin lis-settur Ewropew fejn il-produtturi taż-żejt taż-żebbuġa qed ...
Read More

Il-GRUPP TAS-SOĊJALISTI U DEMOKRATIĊI – S&D

Il-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi huwa wieħed mill-gruppi politici fi ħdan il-Parlament Ewropew. Is-Socjalisti u Demokratici għandhom 191 membru u huwa ...
Read More

VINO VERITAS

Figuri li ppubblikat il-Kummissjoni Ewropa juru li l-ġabra tal-għeneb fl-Italja se taqbeż lil dik ta’ Franza. L-Italja se ssir l-ikbar ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment