Filwaqt li esprima r-riżervi tiegħu dwar ir-riżoluzzjoni, Alfred Sant iddikjara li r-rwol tal-Parlament Ewropew huwa li jiskrutinizza l-prestazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fid-difiża tal-miri miftiehma minn qabel, kumplessi kif inhuma, kif adottati permezz tar-Regolament.

L-iskop tar-riżoluzzjoni huwa li tappoġġja l-iskrutinju mill-Parlament tal-valutazzjoni kontinwa tal-pjanijiet nazzjonali ta’ rkupru u reżiljenza mill-Kummissjoni, u li tiżgura l-adozzjoni malajr tad-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill marbuta mal-pjanijiet nazzjonali.

Alfred Sant qal lis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew li huwa kundannabbli li hemm fazzjonijiet politiċi li għandhom determinazzjoni stinata li jimponu rakkomandazzjonijiet bħal dawn fuq id-dimensjoni soċjali li dawn il-pjanijiet nazzjonali għandu jkollhom.

“Makro-kundizzjonalità u konsiderazzjonijiet simili m’għandhomx jinġiebu biex inaqqsu jew jirrifjutaw proposti li għandhom bħala l-għan tagħhom, miri soċjali wara l-Covid 19 speċjalment f’mument fejn kemm is-soċjetà kif ukoll l-ekonomija qed jippruvaw joħorġu mill-ikbar kriżi fl-Ewropa mit-Tieni Gwerra Dinjija ”, qal Alfred Sant.

Meta tivvaluta l-pjanijiet nazzjonali, il-Kummissjoni Ewropea qed tqis numru ta’ kriterji flimkien ma’ prinċipji u oġġettivi orizzontali bħall-ugwaljanza bejn is-sessi, kontribuzzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, kontribuzzjonijiet għall-kisbiet tal-miri tal-klima 2030 tal-UE u l-prinċipju ta’ li ”ma tagħmilx ħsara sinifikanti ‘.


The European Parliament should not interfere with the national plans of Member States 

 Alfred Sant voted in favour of a resolution on the scrutiny of the European Parliament on the on-going assessment of the national recovery and resilience plans but stated that this should not translate into direct interference in the national plans designed by individual Member States.

While expressing his reservations about the resolution, Alfred Sant stated that the European Parliament’s role is to scrutinise the European Commission’s performance in defending the pre-agreed targets, complex as they are, as adopted through the Regulation. 

The purpose of the resolution is to support the scrutinizing by Parliament of the ongoing assessment of the national recovery and resilience plans by the Commission, and to ensure a swift adoption of the Council implementing decisions linked to the national plans.

 “The obstinate resolve of various political factions to impose such recommendations over the social dimension that these national plans should have is reprehensible, especially in a moment where both society and economy are attempting to exit the biggest crisis in Europe since World War Two”, Alfred Sant told the plenary session of the European Parliament. 

When assessing the national plans, the European Commission is taking into account a number of criteria together with horizontal principles and objectives such as gender equality, contributions to the implementation of the European Pillar of Social Rights, contributions to the achievements of the EU’s 2030 climate targets and the ‘do no significant harm’ principle.

refugees

Is-solidarjetà dwar il-migrazzjoni bejn l-Istati Membri għadha limitata 

Matul dibattitu konġunt dwar it-tħejjija tal-Kunsill Ewropew tal-24-25 ta’ Ġunju u t-tnedija mill-ġdid tad-dikjarazzjoni ta’ Malta miftiehma fis-Summit tal-Belt Valletta ...
Read More
sme-costs

L-ispejjeż biex ikunu konformi mar-regoli l-ġodda huma għaxar darbiet ogħla għall-intrapriżi żgħar

"Lil hinn mill-waqgħa qawwija fil-valur miżjud tagħhom, l-impjiegi pprovduti mill-intrapriżi żgħar naqsu b'aktar minn 1.4 miljun fl-aħħar sena tal-kriżi Covid-19 ...
Read More
ep-plenary-chanber

Il-Parlament Ewropew m’għandux jindaħal fil-pjan nazzjonali tal-Istati Membri 

Filwaqt li esprima r-riżervi tiegħu dwar ir-riżoluzzjoni, Alfred Sant iddikjara li r-rwol tal-Parlament Ewropew huwa li jiskrutinizza l-prestazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea ...
Read More
onlineshopping

Alfred Sant maħtur rapporteur fuq l-Att dwar is-Servizzi Diġitali

L-Att dwar is-Servizzi Diġitali għandu l-għan li jibbenefika liċ-ċittadini billi jipprovdi aċċess aktar sigur u trasparenti għal pjattaformi online biex ...
Read More