Il-Kap tad-delegazzjoni Maltija Laburista fil-Parlament Ewropew Dr Alfred Sant qal li d-deċiżjonijiet fuq il-futur tal-Ewropa għandhom ikunu msejsa fuq analiżi kritika u onesta tal-passat riċenti tal-Ewropa. Sfortunatament dan l-eżerċizzju qed jitħalla f’idejn il-populisti u d-demagogi. Dan qalu Alfred Sant fil-Parlament Ewropew fid-dibattitu “Il-‘White Paper’ dwar il-futur tal-Unjoni Ewropea”.
Dr Sant qal li l-Ewropa teħtieġ tagħraf u teżamina n-nuqqasijiet tagħha kif ukoll il-kisbiet tal-proġett Ewropew ta’ dawn l-aħħar sittin sena – jiġifieri l-azzjonijiet strateġiċi tagħha meħuda f’perjodu storiku partikolari. Jekk dawn kienu tajbin għal popli Ewropej mela jridu jingħataw aktar saħħa, fejn kienu ħżiena għandhom jitreġġgħu lura.
“Jeħtieġ niddiskutu l-passat tal-Ewropa fil-qafas storiku. Ħafna drabi nħoss, li f’dan il-Parlament u f’postijiet oħra, diskussjonijiet ta’ dan it-tip jissarrfu esklussivament f’perspettiva ideoloġika. Forsi għandna bżonn nirrevedu b’mod storiku u kritiku x’sarraf il-Proġett Ewropew fil-qafas tar-realtajiet storiċi Ewropej li seħħew mir-Rivoluzzjoni Franċiża ’l hawn.” qal Dr Sant.
L-għan tal-‘White Paper’ huwa li tidentifika l-isfidi u l-opportunitajiet quddiem l-Ewropa u l-futur tas-27 stat membru flimkien. Tipproponi 5 xenarji dwar l-iżvilupp tal-UE sas-sena 2025.

X’SE JGĦIDU F’RUMA GĦALL-PROPOSTI TA’ VERSAILLES?
Read More

IRIDU EWROPA AĦJAR
Read More

IL-PASSAT RIĊENTI VITALI GĦALL-FUTUR
Read More

IL-KE TANALIZZA L-ISFIDI EKONOMIĊI TAS-27 STAT MEMBRU
Read More

IS-SOVRANITA` FIT-TASSAZZJONI TRID TKUN IMĦARSA
Read More

JINTBAGĦTU LURA PAJJIŻHOM
Read More

SAJJIEDA MALTIN IMĦASSBA BIL-KWOTI TAL-PIXXISPAD
Read More

AKTAR KONTROLLI MAL-FRUNTIERI
Read More
Post a comment