Il-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-agrikoltura f’Malta u f’Għawdex għandha tkun kontestata fil-livelli kollha għaliex ħafna drabi l-persistenza twasslek biex tirbaħ dak li huwa tiegħek”. Dan qalu Alfred Sant, Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew meta indirizza l-Konferenza Annwali taċ-Ċentru Laburista tal-Imġarr Malta.  ‘Meta staqsejt lill-Kummissjoni Ewropea għal aktar flessibilita` dwar il-ħtiġijiet tal-bdiewa Maltin u Għawdin, il-Kummissarju Hogan qal li l-politika komuni tal-agrikoltura kienet diġa` flessibbli f’dan ir-rigward.’ qal Dr. Sant.

Dr. Sant spjega kif l-agrikoltura Maltija għandha karatteristiċi differenti ħafna minn setturi oħra tal-biedja fi stati membri tal-UE. “Per eżempju bidwi f’Malta għandu 1.2 ettari ta’ ghelieqi, fil-pajjiżi l-kbar il-medja hija bejn 50 u 60 ettari”. Dr. Sant qal li f’Awwissu 2014 kien qal lill-Kummissjoni Ewropea li l-bdiewa u raħħala Maltin kellhom bżonn l-appoġġ u l-kumpens minħabba l-embargo tar-Russja kontra l-UE. Dan minkejja li dawn ma jesportawx lejn ir-Russja. “Meta staqsejt lill-Kummissjoni Ewropea biex tgħin lill-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin, il-KE ma kkommettietx ruħha”, qal Dr. Sant.

Dr. Sant qal li f’Settembru 2014 reġa’ ppressa l-bżonn ta’ protezzjoni għall-produtturi tal-laħam tal-majjal fil-Parlament Ewropew wara l-embargo Russu.

Finalment f’Ottubru 2015 il-Kummissjoni Ewropea aċċettat li talloka €119,570 lill-produtturi tal-laħam tal-majjal f’Malta u li tippermetti lill-Gvern Malti jintroduċi kumpens żejjed. “Is-settur agrikolu Malti jeħtieġ li jkompli jressaq il-pożizzjoni speċjali tiegħu biex jingħata rikonoxximent u l-appoġġ li tant għandu bżonn”, sostna Dr. Sant.

Malta u l-Unjoni Ewropea NL33

Din hija ittra elettronika maħruġa mill-uffiċċju tal-Membru Parlamentari Ewropew Dr Alfred Sant. L-ittra elettronika tasal bl-email lil dawk li rreġistraw ...
Read More

KULĦADD JAQBILLU, ĦLIEF MALTA

Il-ftehim ta’ kummerċ bejn l-Istati Uniti u l-UE (TTIP) se jħalli effett pożittiv fil-pajjiżi kollha tal-UE ħlief f’Malta. Din l-istqarrija ...
Read More

M’HEMMX PJAN B GĦAL-LIBJA

L-Unjoni Ewropea għamiltha ċara li ma hemmx aktar pjanijiet ħlief dak li jitwaqqaf gvern nazzjonali magħqud fil-Libja. L-UE u l-komunita` ...
Read More

L-OGĦLA THEDDIDA F’GĦAXAR SNIN

L-Unjoni Ewropea tinsab fl-ogħla livell ta’ theddid terroristiku li qatt kellha f’għaxar snin. Din it-twissija għamlitha l-Europol waqt l-inawgurazzjoni taċ-Ċentru ...
Read More

KEMM TISWA T-TNEĦĦIJA TAX-XENGEN?

Jekk iż-żona Xengen tispiċċa u l-pajjiżi li qegħdin fiha jerġgħu jdaħħlu l-kontrolli, flimkien jibdew jonfqu aktar minn €100 biljun. Studju ...
Read More

JONQSU S-SIRJANI, JIŻDIEDU L-IRAQQINI

Mill-bidu tal-2016 ’l hawn diġa` waslu 55, 000 immigrant, medja ta’ 2, 000 persuna kuljum. F’dan il-perijodu mietu 244 persuna ...
Read More

IL-POLITIKA TAL-UE DWAR L-AGRIKOLTURA MALTIJA GĦANDHA TKUN IKKONTESTATA FUQ IL-LIVELLI KOLLHA

Il-politika tal-Unjoni Ewropea dwar l-agrikoltura f’Malta u f’Għawdex għandha tkun kontestata fil-livelli kollha għaliex ħafna drabi l-persistenza twasslek biex tirbaħ ...
Read More

GĦANDHOM IŻOMMU L-FLESSIBILITA` LI FADLILHOM

L-iżgħar pajjiżi fl-UE u dawk li qegħdin fil-periferija tagħha, ma għandhomx ikunu miċħuda mill-ftit flessibilita` li fadlilhom fil-politika tat-tassazzjoni. Dr ...
Read More

UĠIGĦ TA’ RAS GĦAL BANK ĊENTRALI EWROPEW

Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew Mario Draghi wissa dwar il-konsegwenzi jekk l-inflazzjoni ma tiġix f’tagħha. ‘Ir-riskji li naġixxu tard wisq jiżbqu ...
Read More

GĦAWDEX JEĦTIEĠ TRATTAMENT SPEĊJALI

Riżoluzzjoni fil-Parlament Ewropew dwar l-insularita` ta’ reġjuni gżejjer fl-Unjoni Ewropea ġiet emendata mill-Membru Parlamentari Ewropew Alfred Sant biex tindirizza aħjar ...
Read More

TA’ MIN JOGĦLA U TA’ MIN JONQOS

Id-dejn pubbliku bħala perċentwal tal-PGD tal-Greċja, Ċipru, Belġju, Spanja, Franza, Kroazja, Italja u l-Portugall huwa f’livelli riskjużi. Fi tmiem l-2015 ...
Read More

X’INHUMA L-KUMITATI TAL-PARLAMENT EWROPEW?

Fil-Parlament Ewropew hemm aktar minn 20 kumitat. Fost il-kumitati nsibu dak ta’: L-affarijiet barranin, tad-drittijiet umani, tad-difiża u s-sigurta`, tal-kummerċ ...
Read More

X’ILSNA JITGĦALLMU FL-EWROPA?

L-Ingliż huwa l-aktar lingwa popolari fl-iskejjel Ewropej. Fl-Unjoni Ewropea, 98% tal-istudenti tas-sekondarja jistudjaw tal-inqas lingwa barranija waħda filwaqt li 60% ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment