Il-Kummissjoni Ewropea se tibgħat spetturi fil-Polonja wara li ġurnalisti televiżivi Pollakki kellhom filmati ta’ baqar morda jinqatlu għall-ikel fil-biċċeriji Pollakki.

Il-Polonja esportat madwar tliet tunnellati ta’ ċanga minn baqar maqtula illegalment lil għaxar pajjiżi tal-UE. Il-Polonja qed tirtira ċ-ċanga mis-suq wara li l-awtoritajiet irnexxielhom isibu fejn inxtara dan il-laħam fl-Estonja, Finlandja, Franza, Ungerija, Litwanja, Portugall, Rumanija, Slovakkja, Spanja u Svezja.

Madwar seba’ tunnellati oħra ta’ baqar maqtula illegalment ġew mibjugħa f’madwar għoxrin ħanut fil-Polonja.

Issa nfetħet inkjesta kriminali filwaqt li l-Kummissarju tal-UE għal-ikel qal li tim ta’ spetturi minn Brussell sejrin il-Polonja biex jagħmlu l-ispezzjonijiet.

Il-Polonja qalet li dan kien każ iżolat u li se jkun hemm kameras erbgħa u għoxrin siegħa kuljum fil-biċċeriji filwaqt li se jiżdiedu l-ispezzjonijiet fil-biċċeriji tal-pajjiż. Il-Polonja mistennija tonfoq €23.1 miljun biex jidħlu fis-seħħ dawn it-tibdiliet.

Il-Polonja tipproduċi 560, 000 tunnellata ta’ ċanga fis-sena.

F’AĠENDA MOĦBIJA MAL-FORZI ANTI-GOVERNATTIVI F’MALTA

Alfred Sant iddeplora l-manuvri ta’ ċerti Parlamentari Ewropej biex jagħmlu lil Malta wkoll suġġetta għal restrizzjonijiet fuq l-istat tad-dritt filwaqt ...
Read More

IL-POLONJA TBIGĦ LAĦAM TA’ BAQAR MORDA

Il-Kummissjoni Ewropea se tibgħat spetturi fil-Polonja wara li ġurnalisti televiżivi Pollakki kellhom filmati ta’ baqar morda jinqatlu għall-ikel fil-biċċeriji Pollakki ...
Read More

L-UE QATT MA TISTA’ TIEĦU POST IN-NATO

Wara l-Brexit, 80% tal-infiq tan-NATO fuq id-difiża se jiġi mingħand pajjiżi li mhumiex imsieħba fl-Alleanza Militari u tlieta minn kull erba’ ...
Read More

SULDATI TAL-ĠNUS MAGĦQUDA SE JIBQGĦU F’ĊIPRU

Il-Kunsill tas-Sigurta` tal-Ġnus Magħquda qabel b’mod unanimu li jżomm preżenza  ta’ suldati f’Ċipru għal minn tal-anqas sitt xhur oħra. Il-Kunsill ...
Read More

PIPELINE  BULGARU GĦALL-GASS RUSSU

Il-Bulgarija se tibni pipeline biex tippompja gass Russu mit-Turkija lejn is-Serbja wara li tliet kumpaniji – Gazprom tar-Russja, Bulgargaz tal-Bulgarija ...
Read More

L-EBDA RIŻORSI FIŻIĊI KONTRA T-TRAFFIKANTI TAL-IMMIGRANTI

L-UE trid issaħħaħ l-operazzjoni navali tagħha biex ttiġġieled lit-traffikanti tal-persuni, iżda l-Ġermanja u l-Belġju ħabbru m’ilux li mhux se joffru ...
Read More

JISFIDAW LIL TRUMP DWAR L-IRAN

Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit ħolqu mekkaniżmi tekniċi biex kumpaniji Ewropej jibqgħu jagħmlu l-kummerċ mal-Iran minkejja s-sanzjonijiet tal-Istati Uniti. “Dan ...
Read More

IS-SOĊJALISTI NIDEW IL-PILASTRU SOĊJALI EWROPEW

Il-kunċett tal-Pilastru Ewropew tad-drittijiet Soċjali nkiseb bl-isforzi kontinwi tas-Soċjalisti u Demokratiċi madwar l-Ewropa favur progress soċjali għall-Ewropej flimkien mal-miżuri tal-Kummissarji ...
Read More

Facebook Comments

Post a comment